Wara li l-gvern Malti injora l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li kienu saru fl-2017, osservaturi fi ħdan l-OSCE b’sensiela ta’ proposti ġodda dwar riformi elettorali
Minn rapport imxandar dan l-aħħar mill-osservaturi tal-elezzjonijiet fl-Uffiċċju tal-Istituzzjonijiet Demokratiċi u tad-Drittijiet tal-Bniedem fi ħdan l-Organizzazzjoni dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) irriżulta li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li kienu saru minn delegazzjoni li segwiet il-proċess tal-elezzjoni tal-2017 ġew injorati mill-awtoritajiet Maltin. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet issa reġgħu saru u fir-rapport magħhom żdiedu proposti li kienu saru fl-2021 [...]