Infakkru lil Daphne
Matul il-ġurnata tal-lum qed jittellgħu attivitajiet li jfakkru l-ħames sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dawn l-attivitajiet huma meħtieġa għal numru ta' raġunijiet. L-ewwelnett jeħtieġ li ssir ġustizzja ma' dawk li qatlu lil Daphne. Tlieta minnhom jinsabu jiskuntaw piena ta' ħabs. Tlieta oħra qed jistennew li jgħaddu ġuri. Jista' jkun li hemm oħrajn imdaħħlin li [...]