Kif marret il-baħar is-sistema tal-gwardjani lokali
Fl-2011, meta kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat stqarr li kien bi ħsiebu "jaqbad il-barri minn qrunu u jindirizza s-"serq" fis-sistema tal-gwardjani lokali". Sa dak iż-żmien, is-sistema tal-gwardjani lokali kienet diġà ilha għaxar snin li ddaħħlet. Fl- 2011, l-Kunsilli Lokali kienu ngħataw is-setgħa li jqabbdu lil dawn il-gwardjani biex jissorveljaw it-toroq. Meta kien ikun hemm [...]