Ma ħasbux għall-għodda meħtieġa biex intellgħu biżżejjed “ilma”
Niddikjara bil-quddiem li jien m'jinix espert fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, fl-ippjanar urban, fil-meteroloġija, fix-xjenza li għandha x'taqsam mat-temp u f'dak kollu marbut mal-kwistjoni l-għala wħud minna ma nistgħux niċċarġjaw il-mobile tagħna u li allura dak li qed nikteb ma jistgħux jaqrawh. Il-gvern jinsab imbeżża' li n-nies qed twaħħal fih għall-qtugħ tal-provvista tad-dawl mill-power station. Normalment [...]