Niddikjara bil-quddiem li jien m’jinix espert fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, fl-ippjanar urban, fil-meteroloġija, fix-xjenza li għandha x’taqsam mat-temp u f’dak kollu marbut mal-kwistjoni l-għala wħud minna ma nistgħux niċċarġjaw il-mobile tagħna u li allura dak li qed nikteb ma jistgħux jaqrawh.

Il-gvern jinsab imbeżża’ li n-nies qed twaħħal fih għall-qtugħ tal-provvista tad-dawl mill-power station. Normalment il-gvernijiet ma tantx jagħtu każ f’min twaħħal in-nies sakemm dawn ma jwaħħlux fihom. Il-power station kien ikun skuża tajba. Iżda, m’għandniex xi ngħidu, mhux ser tkun Miriam Dalli li tieħu sehem f’xi dibattitu dwar kif l-eks imgħallem tagħha Konrad Mizzi kien ħoloq kumpannija fil-Panama u li, ftit wara, mpenja li xi ħadd biex igħaddi flejjes lil din il-kumpannija bil-għan li tinbena’ power station li issa jidher li ma tgħoddx għalina.

Jeħtieġ nifhmu li l-power station għandha l-kapaċità li tiġġenera l-enerġija li neħtieġu biex ikunu nistgħu nħaddmu t-tagħmir tal-arja kundizzjonata waqt li, barra l-bibien tagħna, t-toroq qed jinqlew bis-sħana li qed tagħmel.

Huma l-cables li jwasslu l-elettriku fid-djar (jew fil-fabbriki, fil-lukandi jew fl-uffiċċji) li m’humiex jiffunzjonaw. Qed tagħmel sħana tremenda. U bis-sħana li qed tagħmel, il-cables mhux qed ikunu effiċjenti biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda. Fil-fehma tiegħi, din l-ispjegazzjoni tagħmel sens.

Ippermettuli nagħmel tixbiħa. Il-gvern kien ħaffer “ġibjun” li huwa fond biżżejjed biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet tal-poplu u għaldaqstant hemm “ilma” biżżejjed għal kulħadd, inkluż għall-eluf ta’ ħaddiema barranin li ġabu fostna. Iżda l-bużillis jinsab fil-fatt li l-gvern ma ħasibx biex ikollu biżżejjed “bramel” biex itella’ l-“ilma” mill-ġibjun sabiex ikun jista’ jtaffi l-“għatx” ta’ kulħadd.

Għandna problema kbira. Inutli li jkollna power station li tiġġenera biżżejjed elettriku jekk ma jkollniex ukoll l-infrastruttura meħtieġa biex twasslilna l-enerġija li neħtieġu.

Ċertament il-gvern ma jaħtix għas-sħana kbira li qed tagħmel. Iżda wara l-ftaħir bombastiku kollu li kien sar minn Joseph Muscat u minn dawk ta’ madwaru dwar il-viżjoni li kellhom għall-pajjiż, dwar kif kien bi ħsiebhom itejjbu l-infrastruttura, dwar kif irduppjar tal-popolazzjoni tul medda ta’ snin kienet ser tgħollilna l-livell tal-għixien, dwar kif – b’kuntrast man-Nazzjonalisti – Muscat, Mizzi u Schembri kienu kompetentissimi, dwar kif Malta kienet ser issir l-aqwa fl-Ewropa, n-nies issa qed tasal għall-konklużjonijiet tagħha.

“’L-aqwa fl-Ewropa’ qal,” stqarr deliveryman dalgħodu lil tal-ħanut. Tal-ħanut lil dan kien għadu kemm qallu li ilu ma jorqod għal tliet iljieli. Jista’ jingħad li tintebaħ bil-baħar jaqsam bejn il-kampanji li għamlu tal-Labour tul dawn l-aħħar għaxar snin u n-nuqqas ta’ ħila tal-mexxejja tagħhom kull darba li tagħmel sħana bħal din għax tibda’ taprezza li l-provvista tal-elettriku m’hix garantita.

Araw x’jiġri meta tagħmel bik l-iskiżofrenija. Dan m’hu ħadd ħlief Alex Cutajar li kien wieħed minn tal-qalba ta’ Konrad Mizzi. Fuq il-Facebook ried ikun jaf lil min jista’ jfittex għax-xogħol li qed jitlef minħabba l-qtugħ tad-dawl.

Ma nafx Sur Cutajar. Ara titħajjarx tfittex lill-eks imgħallem tiegħek.