X’jeħtieġ jagħmel il-PN biex ikompli miexi ‘l quddiem
L-istejjer ewlenin li xxandru l-bieraħ f'The Sunday Times of Malta u fil-Malta Today dwar l-aħħar sondaġġi politiċi mal-ewwel daqqa t'għajn jidhru kontradittorji. Is-sondaġġi m'huma xejn ħlief għodda u, biex ikunu effettivi, wieħed ikun jeħtieġ li jitgħallem dwar kif għandu jużahom. Hemm ċerta konsistenza bejn iż-żewġ sondaġġi. Robert Abela m'għandux kontroll sod fuq il-Partit Laburista. Mal-medda [...]