Mill-1987 ‘l hawn, qatt ma kellna diżastru bħal dan

By
2023-07-25T18:14:46+02:00Tue, 25th Jul '23, 14:50|

F'daqqa waħda lill-ministri mhux qed narawhom b'nemes. Dawn tgħidx kemm għaġġlu biex iħabbru li l-ħsarat li kkawżaw il-qtugħ tad-dawl issa ssewwew. Meta fil-fatt ma kienu ssewwew xejn għaliex id-dawl xorta waħda baqa' jinqata'. Sadattant mill-isptar Monte Carmeli smajna stejjer tal-waħx dwar pazjenti mħollijin fis-sħana u fid-dlam għal sigħat sħaħ. Smajna wkoll bil-generators tal-Isptar Mater Dei [...]