Din l-istatwa tinsab wieqfa biswit il-bini tal-Parlament u ser tibqa’ hemm għall-ħmistax il-ġurnata li ġejjin hekk kif ser issir tifkira tal-assassinju sitt snin ilu ta’ Daphne Caruana Galizia. L-artist, Gerald Moderer, bena’ l-istatwa minn materjal li kien inġabar mit-triq wara li seħħet l-isplużjoni li 30 sena ilu qatlet lil Giovanni Falcone f’Capaci fi Sqallija. L-istatwa tirrifletti l-arti, l-kultura tal-ħajja u l-fidwa mill-ħakma tal-mafja u mill-kultura tal-mewt.