Kif tista’ ma ċċempilx lil Jonathan Attard u tgħidlu jagħtih midalja lil George Tabone?
Il-gvern qed jinqeda' b'George Tabone “tal-Gram” biex imexxi 'l quddiem l-argument politiku favur it-tneħħija tal-iffriżar temporanju tal-ġid f'każijiet ta' ħasil ta' flejjes maħmuġin. Isimgħuh jitkellem b'ton ta' qsim il-qalb f'intervista mat-Times of Malta li matulha ddeskrieva t-tbatija li għadda minnha wara li ġidu kien ġie ffriżat temporanjament sakemm kien ġie liberat mill-qorti tal-akkużi kriminali li [...]