Minkejja l-impressjoni li pprova jagħti li d-dħul li għandu minn negozji tiegħu huma tali li ma jistax jitħajjar li jkun korrott, l-istqarrijiet finanzjarji konsolidati li ġew ippreżentati mill-Kasco Group jindikaw li Keith Schembri ddikjara dħul minn negozji tiegħu li huwa ħafna inqas min dak li jistqarr li għamel.
Fl-2011 il-Kasco Group iddikjara profitt miżeru ta’ €18,895. Matul dik is-sena Keith Schembri tħallas salarju ta’ €34,912 mill-grupp tiegħu. Mill-2012 sal-2014 il-Kasco Group għamel telf kull sena minkejja l-fatt li mill-2013 ma kompliex igħaddi flejjes lil Keith Schembri. Il-profitti marġinali li saru fl-2015 u fl-2106 ma kinux biżżejjed biex jagħmlu tajjeb għat-telf nett tat-tliet snin ta’ qabel.
Fuq medda ta’ sitt snin mill-2010 sal-2016 id-dħul tal-Kasco Group naqas b’16%. Il-medja tal-profitt u tat-telf matul dan il-periodu ta’ 6 snin tindika li l-Kasco Group għamel profitt medju kull sena ta’ €57,691 u li ma kien tħallas xejn lil Keith Schembri bejn l-2013 u l-2015. Anke jekk wieħed jieħu dawn it-3 snin in konsiderazzjoni, Keith Schembri daħħal f’butu €33,824 fis-sena min-negozji tiegħu li jammonta għal salarju gross ta’ €2,800 fix-xahar.
Dan id-dħul kollu huwa konsiderevolment inqas mid-dħul li għandu bħala chief of staff tal-prim ministru.
Kif xehed fil-Qorti fis=16 ta’ Ottubru 2017 u kid ġie rrappurtat fl-aħħar post ta’ Daphne Caruana Galizia’s ftit minuti qabel inqatlet: “Is-salarju tiegħu mingħand il-gvern, qal is-Sur Schembri, għalih huwa biss karawett għaliex huwa żamm il-kumpanniji tiegħu u huwa proprju minn hemm li jagħmel il-flus.”
Madankollu jekk wieħed jagħti ħarsa lejn l-accounts tan-negozji ta’ Keith Schembri wieħed għandu jintebaħ li dak li stqarr huwa pjuttost eżaġerat.
Il-Kasco Group jinkludi lil Kasco Recyling, lil Kasco Trading, lil Kasco, lil FSV and u lil Graphic Supplies. Sid dawn il-kumpanniji huwa Keith Schembri. Barra minn dan, hemm ukoll il-Kasco Engineering, it-Tekhne Industrial, il-Berner Malta – kumpannija bi sħab bejn Keith Schembri u Malcolm Scerri jew kumpannija oħra ta’ Malcolm Scerri – u t-3 City Designs li s-sidien tagħha huma Keith Schembri u martu Josette Schembri Vella.
L-aħħar accounts li saru għall-Kasco Group huma għas-sena finanzjarja li ntemmet fl-2016.
Il-kapital tal-Grupp baqa’ ma nbidilx għal 6 snin qabel l-2016.