Guest Post: ma tistax tittradixxi partit li tkun warrabt minnu
Miktuba minn Lake: Minn dejjem kont kburi li nissejjaħ Nazzjonalist. Minn dejjem kont konvint li l-partit tiegħi u l-biċċa 'l kbira tal-partitarji jemmnu fl-istess valuri. Valuri li huma msejsa fuq il-prinċipji tad-demokrazija, tal-ġustizzja għal kulħadd u tal-libertà tal-kelma. L-istess valuri li Eddie Fenech Adami kien għallimna ngħożżu. Madankollu tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, kelli naċċetta realta' [...]