Il-veru jum il-ħelsien għad jisbaħ.

By
2019-01-31T15:44:53+01:00Tue, 29th Jan '19, 17:29|

Jekk int mingħalik li l-ġustizzja ssir għax tkun tlabtha, għadek ma fhimt xejn. Jekk xejn, Simon Busuttil qed jeżawrixxi l-possibilitajiet kollha li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jara li jiġi applikat il-prinċipju li l-ġustizzja qiegħda hemm għal kulħadd u li meta s-setgħan jinqabad jikser il-liġijiet, m'għandux igħaddiha lixxa u għandu jiffaċċja l-konsegwenzi li jkollu jiffaċċja ħaddieħor. [...]

Il-ħtieġa għal inkjesta indipendenti qed issir aktar urġenti

By
2019-01-29T17:38:20+01:00Tue, 29th Jan '19, 09:33|

Eks-kuntistabbli tal-Pulizja li fl-2016 kien xhud tal-prosekuzzjoni fil-ġuri ta' David Gatt li kien mixli bis-serqa li kienet saret fl-2011 mill-HSBC Bank, il-bieraħ intbgħat fl-Isptar Monte Carmeli. Nhar is-Sibt li għadda kiteb fil-Facebook u xela' lil David Gatt u lil dak li kien sieħbu fl-istess ditta legali Chris Cardona li kienu l-imħuħ wara l-assassinju ta' Daphne [...]