Konrad Mizzi tilef argument fil-Qorti llum. Xorta sejjer jixxala.

By
2019-01-02T06:53:48+02:00Mon, 31st Dec '18, 17:45|

Konrad Mizzi ma rnexxilux iwaqqaf lill-Qorti tal-Appell Kriminali milli tisma' l-appell tiegħu minn sentenza ta' qorti inferjuri li kienet ordnat li għandha ssir inkjesta kriminali dwar l-involviment tiegħu fil-Panama Papers u dan sakemm tinqata' kawża pendenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali dwar l-ilment li għamel li nkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu mill-istess gvern li minnu jifforma parti. Naf [...]

Repubblika: Persuni pubbliċi għandhom jagħtu eżempju tajjeb

By
2018-12-31T17:26:03+02:00Mon, 31st Dec '18, 17:26|

Stqarrija ta' Repubblika illum: Repubblika tisqarr li persuni f’karigi pubbliċi għandhom ikunu ta’ eżempju pożititiv għall-bqija taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin billi f’kull waqt, sew fir-rwol pubbliku tagħhom kif ukoll fil-ħajja privata tagħhom iġibu ruħhom b’mod skont l-ogħla kriterji ta’ imġiba. Pajjiżna jixraqlu li jkollu politiċi u persuni f’karigi pubbliċi li jimxu skond l-ogħla standards ta’ [...]

Adrian Delia kollu kemm hu

By
2018-12-31T07:48:57+02:00Sun, 30th Dec '18, 17:39|

X'jagħmel Adrian Delia biex jirribatti l-akkużi li għamlitlu martu stess li jagħmel l-arja magħha? Imurlek fuq ir-radju tal-partit li jinsab taħt il-kontroll strett tiegħu u jagħmel l-arja ma' min jażżarda jitkellem dwar dawn l-akkużi. Mhux l-ewwel darba li, kull meta jsib ruħu dahru mal-ħajt, rrikorra għat-teatrini u, b'ħafna għajjat u tisbit fuq sidru, jgħid li [...]

Araw sena ilu tal-PN xi stennew li jagħmel uffiċjal pubbliku li ġie mixli bi vjolenza fuq martu fi żmien il-Milied

By
2018-12-31T07:47:04+02:00Sun, 30th Dec '18, 17:04|

Ipokresija li bil-kemm tista' titwemmen. Is-sena li għaddiet nhar l-Ewwel tas-Sena Joe Mikallef xandar dan ir-rapport ta' Net News dwar ir-rapport li kienet għamlet mart Mario Tonna mal-puliziija fit-28 ta' Diċembru 2017 li fih xliet lil żewġha li taha daqqa bir-ras. Dak iż-żmien Mario Tonna kien Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Ir-rapport li sar lill-pulizija minn mart [...]

Qegħdin taraw fuqxiex jinsab mitluf il-PN?

By
2018-12-31T07:45:09+02:00Sat, 29th Dec '18, 21:34|

Nhar il-Milied filgħaxija int qrajt storja fuq dan il-blog li lejlet il-Milied Adrian Delia ppreżenta rikors urġenti fil-Qorti fejn talab li jingħata aċċess għal uliedu u dan wara matul 11 il-ġimgħa sħaħ kien ra biss lil waħda minn uliedu meta din kienet talbet li tarah. Fuq il-jumejn ta' wara int qrajt fuq dan il-blog li [...]

GUEST POST: Tal-PN jeħtieġ li jqumu mir-raqda

By
2018-12-31T07:42:50+02:00Fri, 28th Dec '18, 14:52|

Xi ftit jew wisq naqbel ma' dan l-awtur. Ħlief li naħseb li n-nies kollha f'dan ir-ritratt għandhom ir-responsabbilta' li tathom elezzjoni biex jaġixxu. In-nies għandha raġun: Adrian Delia rebaħ postu b'elezzjoni. Daqs tant ieħor Robert Arrigo, David Agius, Clyde Puli, Mark Anthony Sammut, Kristy Debono, David Stellini, Roselyn Borg Knight u David Camilleri. Parti mix-xogħol li ġew eletti għalih hu li jerfgħu meta jinħoloq vojt, jew meta hekk messu jiġri. The people who have the duty to protect the Nationalist Party Meta fl-1974 il-Partit Nazzjonalista emenda l-istatut tiegħu, dan kien sar bl-iskop speċifiku li tinfirex is-setgħa fil-partit b'mod uwsa' fost mexxejja oħra tal-partit. Din ma kienet xejn ħlief reazzjoni għas-setgħa indiskussa li Borg Olivier kellu fil-partit fis-snin sittin u sa kmieni fis-snin [...]

Adrian Delia għandu jidħol daħla fih innifsu

By
2018-12-31T07:39:30+02:00Thu, 27th Dec '18, 17:40|

X'aktarx li dawk ta' madwaru m'humiex se jagħtuh dan il-parir. Is-sens komun ilu żmien mhux ħażin li abbanduna il-kuriduri tad-Dar Ċentrali fejn bħalissa qed tiddomina mentalità ta' assedju u sitwazzjoni fejn ir-realta' twarrbet fil-ġenb. Ċertament lanqas is-segwaċi numerużi tiegħu m'huma se jtuh dan il-parir. Dawn ikunu qed jagħmlu xogħolhom meta juruh l-appoġġ kemm fil-maltemp kif [...]

Mit-tjubija ta’ qalbhom

By
2018-12-27T16:39:11+02:00Thu, 27th Dec '18, 10:44|

Tiġri kull sena bħall-indiġestjoni li taqbdek wara li tkun kilt ikla papali. Ninqalgħu ħafna biex nissodisfaw ruħna bil-ġenerożità tagħna stess wara li jkunu nġabru l-miljuni fl-Istrina għall-Community Chest Fund biex il-ġabra tagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta' dak li l-gvern jonqos li jerfa' r-responsabbilta' għalih. Ejjew nassumu li €7 miljun huma biżżejjed biex jagħmlu tajjeb. Ċertament m'humiex [...]

X’nagħmlu bl-‘Għedewwa tal-Istat’?

By
2018-12-27T16:36:10+02:00Thu, 27th Dec '18, 10:09|

Robert Musumeci mhux soltu li jkun ċar f'kitbietu. Ħafna drabi dak li jikteb jirrifletti t-taħwid u t-tgerfix ta' moħħu u jkun kundizzjonat mil-lealtajiet konfliġġenti li għandu. Il-bieraħ fi tweet, lill-kritiċi tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista b'ittri kapitali sejjħilhom "GĦEDEWWA TAL-ISTAT". Inkredibbli kif dawk li ma jistgħux iġerrħu li jinsabu f'minoranza baqgħu jattakkaw lil min ġie elett demokratikament. [...]

Għaliex proprju fil-Milied?

By
2018-12-27T16:34:16+02:00Wed, 26th Dec '18, 09:25|

Jidher li jeżistu r-raġunijiet il-għala dan kollu qed iseħħ matul il-festi tal-Milied. Waqt intervista kontrollata fuq programm speċjali tal-Milied, Adrian Delia tkellem il-proċeduri ta' separazzjoni li jinsab għaddej minnhom ma' martu għaliex ħass li din l-intervista setgħet trabbaħlu s-simpatija tal-votanti. F'okkażjonijiet u f'laqgħat politiċi oħrajn, huwa irrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet dwar il-proċeduri tas-separazzjoni. Kulmeta kien [...]

Nickie Vella de Fremeaux lil Peppi Azzopardi tgħidlu li fl-intervista li għamel lil Adrian Delia ma ntqalitx il-verità

By
2018-12-27T16:40:33+02:00Tue, 25th Dec '18, 21:21|

F'intervista li saritlu nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Xarabank, Adrian Delia wieġeb għal mistoqsijiet ta' Peppi Azzopardi dwar il-proċeduri ta' separazzjoni minn martu li jinsab għaddej minnhom u spjega f'dan il-Milied iż-żmien li qed jagħmel bogħod mill-familja huwa ta' niket kbir għalih. Meta kellem lil The Sunday Times of Malta, Adrian Delia, filwaqt li talab biex [...]

In-nies ma tifhimx x’inhu miljun

By
2018-12-24T12:53:00+02:00Sun, 23rd Dec '18, 08:44|

Il-gvern qed jirrifjuta li jxandar id-dettalji dwar kemm se jibdew jitħallsu l-imħallfin u l-maġistrati wara li laħaq ftehim magħhom. X'aktarx li se jibdew jaqilgħu madwar €100,000 fis-sena - ċifra li għal bosta tfisser ħafna flus. M'għandniex xi ngħidu, dawk li jaħsbuha b'dan il-mod m'humiex imħallfin. Lanqas m'huma professjonisti veterani mgħallma mimlijin esperjenza u li m'għażlux [...]

L-ixxurtjat

By
2018-12-24T12:54:05+02:00Sun, 23rd Dec '18, 08:13|

Tal-Malta Today illum kitbu li Adrian Delia rċieva l-rigal tiegħu tal-Milied. Il-perċentwali ta' dawk li jafdawh "spara 'l fuq" u, skond il-ġurnal, dan ġara' għaliex l-istrateġija tal-PN, li permezz tagħha l-Partit għamel kampanja b'saħħitha dwar 17 Black u b'hekk ingħaqad mal-"fazzjoni ta' Simon Busuttil", inlaqgħet minn nies. Fi kliem ieħor, qalulu li l-mod l-antik jaqta' [...]

NSFW: X’lejla dik

By
2018-12-24T13:41:57+02:00Sun, 23rd Dec '18, 07:38|

Il-Ministru tagħna tal-Ekonomija tfaċċa fuq l-Instagram account ta' Denise Dalton, mara li jsibuha bħala Holly Harlow. Jekk tfittxu dawk l-ismijiet fil-google kunu avżati li m'hux ta' fuq ix-xogħol. Qabel tefgħet dan ir-ritratt fl-Instagram, is-Sinjorina ċertament ma qagħditx tfittex isem Chris Cardona fil-google. Dan ir-ritratt jista' faċilment iħassar ir-reputazzjoni tagħha u jista' jdaħħal fl-irjus l-idea falza [...]

Neville Gafa’ kandidat għal volontier tas-sena

By
2018-12-24T13:07:04+02:00Thu, 20th Dec '18, 13:12|

La darba Michelle Muscat kienet kapaċi tiġbor il-premju, jewwilla Neville Gafà mhux kapaċi jiġbru wkoll? Fil-fatt dan Neville għandu jiġi kunsidrat ukoll għall-Elie Wiesel Humanitarian Award talli kien litteralment xeba' jwassal lejn Malta l-midrubin tal-gwerra fil-Libja biex dawn jiddewwew f'pajjiżna. Hemm ukoll il-Premju Nobel għall-Paċi li jista' jiġi kunsidrat għalih talli serva ta' medjatur bejn [...]

Ranier Fsadni: is-Saltna tad-Dritt

By
2018-12-20T12:35:58+02:00Thu, 20th Dec '18, 08:43|

Photo: REUTERS/Darrin Zammit Lupi Nissuġġerielkom taqraw l-artiklu ta' Ranier Fsadni mxandar fit-Times of Malta tal-lum. Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li kiteb Ranier Fsadni. Tal-Occupy Justice, attivisti oħrajn u protestanti individwali qed jiġu mixlija li qed "jisfidaw is-saltna tad-dritt" permezz - kif qed jiġi allegat - tal-ksur tal-liġi. Kulma qegħdin jagħmlu dawn hu li [...]

Genghis Khan isegwi kors biex isir assistent f’kindergarten

By
2018-12-20T12:34:59+02:00Wed, 19th Dec '18, 11:13|

Taħsbu li dan huwa probabbli? Jien ngħid li dan huwa ħafna aktar probabbli milli jista' qatt ikun probabbli li naraw lil Karl Cini jsegwi kors tal-FIAU dwar il-proċeduri kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin. Iżda dak hu eżatt dak li seħħ il-bieraħ. Mhux qed niċċajta. F'Awwissu ta' din is-sena, l-Pulizija suppost bgħatu għal Karl Cini u suppost [...]

Guest Post: Joseph tagħni mitt ewro oħra, allura jiena se nagħlaq ħalqi.

By
2018-12-19T11:00:46+02:00Wed, 19th Dec '18, 11:00|

Hekk jixtieq, hux vera? Bħala studenti, aħna kapaċi nagħrfu illi aħna fortunati ħafna talli mhux biss nistgħu nattendu l-Università b’xejn, iżda talli nitħallsu biex nattendu, permezz tal-istipendji. Peró, għażiż Joseph, billi iżżidilna mitt ewro fis-sena fl-istipendju, nassigurak li mintix ħa tixtrini. L-edukazzjoni u l-ħsieb kritiku huma żewġ għodda essenzjali, u ħafna minna ż-żgħażagħ wasalna fejn [...]

Repubblika dwar ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja

By
2018-12-19T11:02:18+02:00Wed, 19th Dec '18, 10:52|

Stqarrija ta' Repubblika: Ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa jirrifletti t-tħassib li għandha Repubblka fuq in-nuqqas ta’ strutturi demokratiċi b’saħħithom f’Malta. Demokrazija ma tfissirx biss elezzjonijiet kull ftit snin: hemm bżonn ukoll strutturi kostituzzjonali li jassiguraw separazzjoni tal-poteri u sistema b’saħħitha ta’ kontrolli u bilanċi. Il-Kummissjoni kkonfermat dak li ilna nafu: li Malta għadha lura [...]

Ir-Regolatur igħid lill-banek biex ma joqgħodux igħarblu minn fejn ikunu ġejjin il-flus li bihom jinxtraw il-passaporti Maltin. Min se jwaqqaf dan il-ġenn?

By
2018-12-19T14:46:29+02:00Wed, 19th Dec '18, 09:05|

Ta' sikwit igħaddili minn moħħi l-ħsieb dwar jekk jienx l-uniku li ninsab ixxukkjat. U mbagħad malajr nibda noqgħod lura milli nagħti każ. Din il-ġimgħa, Carmel Degabriele ppreżenta r-rapport annwali tiegħu fil-Parlament. Dan is-sinjur huwa r-regolatur tal-programm tal-bejgħ tal-passaporti u l-liġi tobbligah li jippreżenta rapport kull sena dwar it-tħaddim tal-iskema. Ir-regolatur mhux qiegħed hemm biex imexxi [...]