Repubblika mwaqqfa formalment
Stqarrija ta' Repubblika: Erbgħin persuna minn setturi differenti tal-ħajja Maltija l-bieraħ fil-għaxija iffurmaw formalment ‘Repubblika’, organizzazzjoni mhux governattiva bil-għan li tippromwovi d-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’Malta. Fil-laqgħa li saret il-bieraħ fil-Floriana, il-membri fundaturi ta’ Repubblika approvaw l-istatut tal-organizzazzjoni li qed jiġi ppubblikat fuq il-paġna elettronika ta’ Repubblika www.facebook.com/Repubblika. Il-membri approvaw ukoll il-ħatra tal-ewwel kumitat eżekuttiv ta’ Repubblika, [...]