Imġieba tat-tiranni
Tal-Lovin Malta lemħu l-kelma ‘Invictus’ — li tfisser "rebbieħ".... jew anki, imbattibbli — mpinġija fuq driegħ il-Prim Ministru. Skantaw u bil-kemm emmnu dak li kien irnexxielhom jilmħu. Din kienet ir-reazzjoni li Joseph Muscat xtaq li jipprovoka. U ried ukoll jipprovoka r-rabja. Joseph Muscat m'huwiex xi Latinista. Li kieku ried seta' joqgħod jiftaħar bir-rebħiet elettorali li [...]