Il-gvern ma kienx qal li kien qed jikkonsulta mal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-inkjesta Daphne?

By
2019-10-01T09:44:21+02:00Mon, 30th Sep '19, 16:34|

Jaqaw dawn kienu kkonsultaw mad-deputat gwardjan tal-latrina fejn jinqdew il-ħaddiema li jaħdmu fil-kċina? Ibqgħu ċerti li naqsu li jikkonsultaw mal-Kumitat legali u tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa jew mar-rapporteur speċjali li nħatar minn dak il-Kumitat u li mbagħad ġie konfermat mill-Assemblea Parlamentari. Dan sirna nafuh għaliex illum lil tal-Kumitat Pieter Omtzigt qalilhom li “il-mod kif ġie [...]

Twissijiet li waqgħu fuq widnejn torox

By
2019-10-01T09:45:11+02:00Mon, 30th Sep '19, 07:54|

Kien messna ħsibniha sewwa qabel dħalna għaliha. Dawl l-avukati u accountants kollha li daħlu għal dan ix-xogħol kien messhom ħasbuha sewwa. Kien messna ntbaħna minn qabel li ħaġa li hi mibnija fuq gidba kienet se ġġibna fl-inkwiet. Joseph Muscat kien ipprova jbellagħha li permezz tal-bejgħ tal-passaporti kien ser jiġbed it-talent lejn pajjiżna. Hu u jagħmel [...]

Il-ferita baqgħet tnixxi

By
2019-10-01T09:46:20+02:00Mon, 30th Sep '19, 05:45|

Antoine Zammit, teżorier tal-PN għal ftit xhur, stedinha b'idejh. Kien hemm min tgħix kemm għoxa bid-daħk meta l-bieraħ wara nofsinhar f'filmat dan deher jispejga lill-klijenti tiegħu x'għandu jsir biex ikunu jistgħu jaraw il-pornografija fuq it-televiżjoni. f'filmat. Dakinhar stess ġie mġiegħel jirriżenja. Ara ma tmorrux taħsbu li ġie mġiegħel jirriżenja għaliex fil-PN teżisti xi forma ta' [...]

Qed ngħixu gidba

By
2019-09-30T08:01:01+02:00Sun, 29th Sep '19, 09:11|

Kemm għad iridu jixxandru dokumentarji bħal dan biex aktar u aktar jibdew jintebħu li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti ser tkisser lil pajjiżna? L-editorjali ta' The Sunday Times of Malta tal-lum isejjaħ għat-tneħħija tal-iskema. U l-bieraħ Adrian Delia wkoll sejjaħ għat-tneħħija tal-iskema. Daphne Caruana Galizia kienet sejjħet għat-tneħħija tal-iskema qabel din kienet ġiet varata. Agħtu daqqa t'għajn [...]

Il-kunsillier b’tliet kunjomijiet jurina kemm jaf jagħmel l-arja

By
2019-09-25T16:30:20+02:00Wed, 25th Sep '19, 14:52|

Il-Ħadd li għadda Noel Grima għamel paragun bejn it-tenaċità tal-attivisti favur is-sewwa u l-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia man-nofs keded tal-Partit Nazzjonalista. “Bejn u bejn ruħi,” kiteb Noel Grima, “ma nistax ma nammirax mhux biss it-tenaċità ta' dan il-grupp żgħir ta' persuni li l-mezzi tagħhom huma limitati, li m'għandhomx appoġġ tanġibbli u li huma neqsin [...]

Armi ‘l barra

By
2019-09-25T14:56:05+02:00Wed, 25th Sep '19, 08:27|

Agħtu daqqa t'għajn lejn il-bieb ta' barra tal-uffiċċju legali Chetcuti Cauchi Advocates fil-Belt Valletta qabel igħaddu minn hemm il-ħaddiema li jiġbru l-iskart. Din ix-xena tista' tistħajjilha bħala waħda li tfakkrek kif kien jidher il-kwartier tal-SS qabel ir-Russi nvadew Berlin. Tfakkrek ukoll fid-dehra tal-uffiċċji ta' Nexia BT u ta' Mossack Fonseca (Malta) wara li Daphne Caruana [...]

Ħbieb li huma ndaqs aktar minn ħbieb oħra

By
2019-09-25T14:55:03+02:00Tue, 24th Sep '19, 07:44|

Il-gvern qed jagħmel minn kollox biex ixejjen il-fehma ġenerali li ta' Chetcuti Cauchi kienu ngħataw trattament privileġġjat. Il-gvern m'għandux triq oħra ħlief li jagħmel hekk għax jaf li jista' jispiċċa fl-inkwiet u mhux se jieħu riskju għal wiċċ ta' Chetcuti Cauchi. Dawn ta' Chetcuti Cauchi huma ħbieb - imma mhux ħbieb ta' ġewwa nett. Dawn [...]

Minn tal-ewwel li daħlu. Minn tal-ewwel li ddabritilhom rashom.

By
2019-09-23T15:38:07+02:00Mon, 23rd Sep '19, 14:09|

Innotajtu li l-liċenzja ta' Chetcuti Cauchi għall-bejgħ tal-passaporti Maltin iġġib in-numru IIP001. Il-liċenzja tagħhom ġiet sospiża llum wara li nqabdu jiftaħru dwar kemm għandhom ħila li jakkwistaw passaport għall-klijenti tagħhom għax huma ħobża u sikkina ma' Owen Bonnici, Julia Farrugia u Joseph Muscat. In-numru ta' reġistrazzjoni IIP001 jfisser li kienu l-ewwel aġenti liċenzjati ta' Henley [...]

Chetcuti Cauchi sospiżi mill-iskema tal-passaporti

By
2019-09-23T15:37:31+02:00Mon, 23rd Sep '19, 13:17|

Permezz ta' stqarrija fil-qosor, il-gvern ħabbar li "l-Aġenzija Maltija tal-Individual Investor Programme ssospendiet il-liċenzji ta' Chetcuti Cauchi Advisors Ltd, li huma s-sidien ta' liċenzji IIP 001 u IIP 124, sakemm jinħareġ avviż ieħor." Din is-sospensjoni seħħet wara li Jean-Philippe Chetcuti, wieħed mill-imseħbin fid-ditta legali, waqt dokumentarju ta' stazzjon televiżiv Franċiż bl-isem M6 li xxandar il-bieraħ [...]

Jinsab fiduċjuż, qalilna

By
2019-09-23T13:29:51+02:00Sun, 22nd Sep '19, 19:05|

Sinċerament ma nara ebda skop wara dan id-dawrien kollu madwar il-lewża proverbjali. Fl-aħħar mill-aħħar, huwa Joseph Muscat li obbligat jerfa' r-responsabbiltà aħħarija għal dak kollu li jista' jirriżulta minn inkjesta indipendenti u imparzjali. Jekk ser jirriżulta li l-istat seta' għamel aktar biex iħares ħajjet Daphne Caruana Galizia, ir-responsabbiltà aħħarija jkollha tintrefa' minn Joseph Muscat. Jekk [...]

Aqsam it-tarbija fi tnejn

By
2019-09-21T07:58:56+02:00Fri, 20th Sep '19, 10:13|

Il-vendetta m'hix prinċipju aċċettabbli għal-liġijiet ta' żmienna. It-tfittxija għall-ġustizzja għandha twassal għat- tiswija u mhux għat-tpattija. Ejjew nitkellmu ftit dwar il-liġijiet tal-libell fejn min allegatament illibella jkun miet. Dawn il-liġijiet jeżistu bil-għan li min ikun ġie libellat ikun jista' jħares ir-reputazzjoni tiegħu, dejjem jekk ikollu reputazzjoni x'iħares. Iżda fil-liġijiet tal-libell, bħal f'kull liġi oħra aċċettabbli [...]

Il-prinċpijiet ta’ żmienna

By
2019-09-21T07:57:05+02:00Fri, 20th Sep '19, 09:23|

Joe Brincat kien pubblikament tkaża b'dawk li pprotestaw kontra t-tnaqqir tas-saltna tad-dritt. U f'intervent li kien għamel f'kawża kostituzzjonali li għamilt jien, ipprova jiżżuffjetta bl-argument li jien kont ġibt fis-sens li l-libertà tal-kelma u d-dritt li wieħed jipprotesta huma aktar importanti mill-ħeġġa ta' Owen Bonnici li jiżgura li fjuri mqiegħdin mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir ma joqorsuħx [...]

Ir-rapport Moneyval: infurzar dgħajjef tal-liġijiet Maltin

By
2019-09-13T11:01:41+02:00Thu, 12th Sep '19, 11:08|

Għadu kemm ħareġ ir-rapport Moneyval. Aqraw sunt tar-rapoport hawn. Fir-rapport hemm numru ta' kwotazzjonijiet ġmielhom u m'hemmx dubju li l-gvern ser jagħmel minn kollox biex jagħtihom tifsira qarrieqa bil-għan li jipprova jsib xi konsolazzjoni. Per eżempju r-rapport igħid li l-liġijiet tagħna huma miktubin tajjeb u dwar dan m'hemmx dubju għaliex kulma nagħmlu hawn hu li nikkupjaw il-liġijiet [...]

Nifraħlek Caroline

By
2019-09-21T07:55:31+02:00Thu, 12th Sep '19, 10:27|

Inħossni tassew kburi li Caroline Muscat intgħażlet biex tkun fost dawk li llejla f'Berlin ser jikkompetu għall-premju dwar l-indipendenza fil-ġurnaliżmu mniedi minn Reporters Without Borders. Il-kburija li qed inħoss hi l-istess kburija li nħoss kull meta xi atleta Malti jirbaħ xi medalja jew - ikolli nammetti - kull meta kantant Malti jmur tajjeb fil-Eurovision. Din [...]

Tbissim bir-rimi fl-Identity Malta

By
2019-09-13T11:03:32+02:00Wed, 11th Sep '19, 12:29|

Bgħatt għal kopja tal-filmat tal-"intervista" li Ian Castaldi Paris għamel ma' The Sunday Circle. Hemm numru ta' mistoqsijiet li setgħu saru lil Ian Castaldi Paris. Bħal, per eżempju, tista' tgħaddilna l-indirizzi ta' fejn qed igħixu ix-xejikki taż-żejt Sawditi li tajthom passaport? Oħra: x'azzjoni ħadt dwar il-konsulenti li kienu fasslu r-rapport tad-due diligence ta' Pavel Menlikov's? U [...]

Kummissarju għall-Ugwaljanza

By
2019-09-11T11:46:19+02:00Tue, 10th Sep '19, 16:32|

Għall-erwieħ! Issa smajna li Helena Dalli m'hix se tingħata l-portafoll tal-Ġustizzja. Jingħad li ser issir Kummissarju għall-Ugwaljanza. Kif kitbet il-Politico dalgħodu, “huwa ttamat li ma taqlax inkwiet daqs kemm kien qala' nkwiet kummissarju ieħor li jġib il-kunjom Dalli”.

Qaddej t’Alla

By
2019-09-11T11:45:04+02:00Mon, 9th Sep '19, 13:55|

Dun David Muscat bil-mod il-mod qed isir il-kelliem ewlieni tal-partit Nażist ta' Malta, l-Imperium Europa. Għall-festa tat-8 ta' Settembru huwa mexxa delegazzjoni tal-partit fondat minn Norman Lowell lejn il-Mafkar tal-Assedju l-Kbir u "indirizza" lil dawk li kellu quddiemu liebes l-ilbies ta' saċerdot hu u jxejjer kuruna tar-rużarju f'idu fl-istil ta' Matteo Salvini. Fuq ix-xellug tiegħu [...]

Jinqala’ għall-ġbir tal-iskart

By
2019-09-09T22:13:45+02:00Sun, 8th Sep '19, 08:56|

Mid-dehra tal-PN il-bieraħ kellhom ippjanat aktar minn attività waħda jiġifieri konferenza li kellha bħala suġġett l-irvellijiet tas-Sette Giugno biex jipprovaw jiddevjaw l-attenzjoni mill- protesta organizzata mill- Moviment Graffitti. Adrian Delia flimkien ma' wħud mill-istudenti li mistennija li jibdew imexxu lill-MŻPN minflok il-mexxejja preżenti li ma kinux lesti li jservu ta' pupazzi għat-tmexxija dgħajjfa tal-partit li [...]

Sabar

By
2019-09-06T11:18:02+02:00Wed, 4th Sep '19, 09:46|

Aħfruli. Ilni ftit ma nikteb f'din il-blog. Għal nofs Awwissu waqaft ftit għall-vaganzi u bħalissa ninsab mehdi f'xogħol ieħor. Nittama li, fi żmien mhux tant 'il bogħod meta jitlesta x-xogħol, tifhmu li din il-waqfa ma kienitx b'kapriċċ. Għalissa ħudu ftit paċenzja bija. Malli jasal il-waqt, ser tifhmu aħjar.