Il-qanpiena ta’ Julia
Wieġbet urtata l-ministru Farrugia: “Jien mhux bħal Konrad, minix maħmuġa. Minhix Michelle, ma nilbisx kowts; Ma' Yorgen jien, ma mmurx fuq boats; U Boris qalli li rqieqa għasluġa.“
Wieġbet urtata l-ministru Farrugia: “Jien mhux bħal Konrad, minix maħmuġa. Minhix Michelle, ma nilbisx kowts; Ma' Yorgen jien, ma mmurx fuq boats; U Boris qalli li rqieqa għasluġa.“
Rajna 'l-eks-ministru fid-departures, fil-kju, qalilna li sejjer “star consultant mal-WHO*” “Absolutely! Essentially, the Covid helps in family planning too.”
Prim, tagħmilx bħal ta' qablek għax tinkwetani. Din tal-Covid, qisha kobb'oħra tal-Ażerbajġani. Dir-ras iebsa għalfejn? Jew ma tafx tgħodd sal-mitejn? Din veru mhix mewġa, imma tsunami.
Rajna wkoll 'l-Ministru tal-Enerġija. Qal li l-konsum sploda bil-pandemija. "Anke l-pills blu ma sabx jixtri hu, għax f'Malta kulħadd għaddej għalenija."
Fl-aħħar ġie Owen barbut u fartas, fl-edukazzjoni, hu ftaħar li studja kull każ, “Skola f'Jannar u vaganzi fi Frar” Imbagħad beda jonħor għax qabdu n-ngħas.
Illum Pieter Omtzigt ta r-reazzjoni tiegħu għall-għaġeb kollu li għamel Edward Zammit Lewis dwar l-emendi kostituzzjonali "storiċi" li għadda l-Parlament għaxart ijiem ilu. F'artikolu li kiteb fit-Times of Malta, huwa stqarr li “jidher li bosta mill-membri parlamentari lanqas biss qraw l-abbozz finali dakinhar li ġew imsejħa biex jivvutaw favurihom. Dan mhux il-mod kif isiru l-affarijiet [...]