Il-Pravda u l-Izvestia
Ftit ħin wara li ħabbart li l-Pulizija bgħatet għal Joseph Muscat biex tagħmillu mistoqsijiet b'rabta mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, l-aħbar xterdet fil-paġni ta' quddiem tal-mezzi tax-xandir elettroniċi kollha f'Malta. M'għandniex għalfejn niskantaw. Eks-prim ministru msejjaħ biex jiġi nterrogat mill-Pulizija? Dwar qtil? Ta' ġurnalista? Kif trid tkun aħbar biex tieħu l-prominenza fl-ewwel paġna? Kollha? Kważi [...]