Fis-siegħat li ġejjin, l-eks prim ministru Joseph Muscat mistenni jkun fil-kwartier ġenerali tal-pulizija biex iwieġeb mistoqsijiet b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Qabel isirulu l-mistoqsijiet, huwa mistenni li jiġi mwissi u ser jiġi mitlub iwieġeb għal informazzjoni li għadda lill-Pulizija dak li hu mixli li kien il-moħħ wara l-assassinju, Yorgen Fenech.

Din hi l-ewwel darba li eks prim ministru qed jintalab li jagħti rendikont tal-imġieba tiegħu lill-pulizija b’rabta ma’ dan id-delitt.