Ftit ħin wara li ħabbart li l-Pulizija bgħatet għal Joseph Muscat biex tagħmillu mistoqsijiet b’rabta mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, l-aħbar xterdet fil-paġni ta’ quddiem tal-mezzi tax-xandir elettroniċi kollha f’Malta. M’għandniex għalfejn niskantaw. Eks-prim ministru msejjaħ biex jiġi nterrogat mill-Pulizija? Dwar qtil? Ta’ ġurnalista? Kif trid tkun aħbar biex tieħu l-prominenza fl-ewwel paġna?

Kollha? Kważi kollha ħlief għal tnejn.

Fl-Unjoni Sovjetika kien hemm żewġ ġurnali ewlenin (li għadhom jeżistu sal-lum). Il-Pravda (li bil-Malti tfisser “verità”) u l-Izvestia (li bil-Malti tfisser “aħbar”). Ir-Russi kienu jgħidu li “m’hemm ebda verità fil-Pravda u ebda aħbar fl-Izvestia“. Jekk int wieħed minn dawk li ssegwi biss l-aħbarijiet tal-One jew tat-TVM, l-aħħar li smajt b’Joseph Muscat kien hu u jlegleg ix-xampanja fuq lanċa lussuża ftit il-bogħod mill-kosta tal-Kalabrija.

Agħtu daqqa t’għajn lejn dawn l-iscreenshots tal-paġni ewlenin tal-mezzi tax-xandir elettroniċi f’Malta li xxandru fl-aħħar siegħa.

Now this is the Labour Party’s own media website:

U hawn tistgħu taraw l-istazzjon nazzjonali li ma jxandarx il-mistoqsijet tal-ġurnalisti ma jmurx ikun ikun hemm xi ħadd li jixlih bi żbilanċ.