Agħtu daqqa t’għajn lejn 07:17 ta’ dan l-estratt mill-filmat tal-intervista ma’ Joseph Muscat li xxandar din il-ġimgħa fuq TVM.
L-intervistatur kien appik li jistaqsi mistoqsija dwar x’kien għamel Joseph Muscat meta sar jaf dwar il-kumpanniji sigrieti tal-Panama ta’ Konrad Mizzi u ta’ Keith Schembri. Iżda Joseph Muscat ħaseb li l-mistoqsija kienet ser tkun waħda differenti. Ħaseb li kien ser jiġi mistoqsi dwar kif kien sar jaf dwar l-eżistenza tal-kumpanniji tal-Panama. U għafas il-buttuna qabel ħinha.
Intervistatur: “Meta Keith u Konrad ġew ħdejk u qalulek li fetħu dawk il-kumpaniji fil-Panama …”
Joseph Muscat: “Jien sirt naf mill-mezzi tax-xandir …”
Għal ftit tas-sekondi l-intervistatur bħal donnu ma riedx jemmen dak li kien qed jisma’, jibda’ jinkwieta li kien ser jitlef il-fil u jtemm il-mistoqsija li kellu f’moħħu li jagħmillu. Ma xammx is-sinjifikat ta’ dak li kien għadu kemm stqarr Joseph Muscat.
Kien messu ppermetta lil Joseph Muscat li jaljenah. Għaliex dan kien għadu kemm lissen gidba importanti ħafna.
Il-kumpanniji sigrieti tal-Panama konna sirna nafu bihom bis-saħħa tal-kitba ta’ Daphne Caruana Galizia. Kien fi Frar 2016 u l-aħbar dwar il-Panama Papers kienet għadha ma xxandritx madwar l-erbat irjieħ tad-dinja. Iżda kienet Daphne li f’Malta kienet xandret l-aħbar li Konrad Mizzi kien sid ta’ kumpannija sigrieta reġistrata fil-Panama li kenet moħbija fi trust ġewwa New Zealand. Din kienet l-ewwel darba li sema’ kulħadd b’din il-kumpannija.
Fl-intervista li saritlu din il-ġimgħa, Joseph Muscat stqarr li kien sar jad b’dawn il-kumpanniji fiż-żmien meta kien sar jaf bihom kulħadd.
Iżda fl-24 ta’ Frar 2016 fil-Parlament, Joseph Muscat kien stqarr bil-maqlub. Agħtu daqqa t’għajn lejn ir-rapport parlamentari li kienet xandret it-Times of Malta dak iż-żmien:
Il-lejla fil-Parlament, il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr said li l-ismijiet tat-trust fi New Zealand ta’ Dr Mizzi kif ukoll tal-kumpannija tiegħu tal-Panama kienu tniżżlu fl-abbozz tiegħu tad-dikjarazzjoni tal-ġid li kellha tiġi preżentata dalwaqt fuq il-mejda tal-Kamra.
Din l-istqarrija saret wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil talab lill-Prim Ministru biex jagħmel stqarrija ministerjali.
(…)
Meta ġie mistoqsi jekk din l-aħbar kif ukoll il-fatt li Dr Mizzi huwa politikament responsabbli għall-proġetti tal-gvern li jiswew il-miljuni inkwetawħx, Dr Muscat qal li kien jinkwieta li kieku l-ministru naqas li jiddikjara dak li kien għamel.
Jekk huwa minnu li Joseph Muscat sar jaf mill-mezzi tax-xandir bil-kumpanniji sigrieti tal-Panama, għadu kemm ammetta li fil-Parlament kien gideb u qarraq biex jiddefendi ministru li l-għada stess kien ġie elett bħala deputat mexxej tal-Partit Laburista. Għadu kemm ammetta wkoll li kien ivvinta l-istorja dwar dikjarazzjoni tal-ġid minn Konrad Mizzi li nkludiet fiha l-kumpanniji sigrieti tal-Panama li kienet f’idejh qabel kixfithom Daphne Caruana Galizia. Li jfisser li, hu u jistqarr li dan id-dokument kien ġie ffirmat fid-data msemmija, kien pubblikament ħalef fuq dokument iffalsifikat meta fil-fatt kien jaf li d-data kienet iddaħħlet xi żmien wara.
Jeħtieġ li nifhmu li Joseph Muscat inqabad f’gidba. Jew gideb din il-ġimgħa waqt l-intervista li saritlu fuq TVM jew inkella gideb lill-Parlament fl-2016. Liema hi l-gidba m’hix daqstant importanti għaliex, wara kollox, jista’ jagħti l-każ li gideb fiż-żewġ okkażjonijiet.
Ikkunsidraw ftit l-intervista fil-kuntest tagħha. Qabel saritlu l-mistoqsija u qabel wieġeb b’gidba, għandek issib lil Joseph Muscat jitkellem dwar il-każ Egrant fejn għal darb’oħra stqarr li “xi ħadd” iffalsifika dokumenti biex b’hekk jidher bħala s-sid ta’ din il-kumpannija.
U għaliex din il-linja ta’ ħsieb kienet għadha f’moħħu, għadda biex igħatti x-xtur tiegħu meta kien hu stess li kien ħa sehem fl-iffalsifikar ta’ dokument uffiċjali biex igħatti l-fatt li kien diġà jaf bil-kumpanniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi mhux biss ġranet u ġimgħat qabel kienet kitbet dwarhom Daphne.
U kif stqarr ftit mumenti wara l-intervistatur Mark Zammit, Joseph Muscat jiskanta li n-nies huma tal-fehma li hu kien jaf mill-bidu nett x’kien qed jitħawwad fil-borma?
Daphne dan kollu kienet fehmitu. Fit-28 ta’ April 2016, tal-ICIJ kienu xandru Panama Papers u Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi ma setgħux ikomplu jiċħdu. Sa dkinhar ixxandret ukoll id-dikjarazzjoni tal-ġid ta’ Konrad Mizzi li Joseph Muscat kien stqarr li kien qara’ qabel Daphne xandret il-kitbiet tagħha. Dakinhar kienet kitbet dan li ġej:
Obviously, this business about the draft declaration submitted to the Prime Minister is a lie – both the Prime Minister and his favoured Minister are lying to save their skins – but the way they can’t even get their lines straight is a farce. If Mizzi’s declaration of assets including his Panama company and New Zealand trust were really dated 8 February, then he would have had no reason to conceal from Malta Today at the end of that month the fact that he doesn’t just have a trust but also a company. And when the two of them were fudging around trying to fend off journalists who asked for the names, saying that they couldn’t remember or didn’t know, if that declaration dated 8 February were really in existence, all they would have had to do is consult it and, more pertinently, publish it.
Li kieku dak li stqarr din il-ġimgħa Joseph Muscat stqarru f’interrogatorju lil spettur tal-pulizija jew xehed f’dan is-sens quddiem qorti, kien jistieden inkwiet kbir.