Fil-qosor, lill-Inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia irriżultalha li:
- L-Istat għandu jerfa’ r-responsabbiltà għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
- Kien hemm kultura ta’ impunità mifruxa li gawdew minnha uffiċjali għoljin tal-amministrazzjoni pubblika, persuni ta’ fiduċja u ċirku limitat ta’ politiċi, negozjanti u kriminali.
- Kien hemm persuni b’rabtiet ma’ entitajiet tal-Istat li ġabu ruħħom b’mod li bih kasbru u ppruvaw ixejjnu d-dritt ta’ Daphne Caruana Galizia li teżerċita l-professjoni tagħha.
- Huwa kundannabbli l-fatt li istituzzjoni bħalma hu l-korp tal-Pulizija naqas li jinvestiga allegazzjonijiet serji.
- Il-pjan biex Daphne Caruana Galizia tiġi iżolata kien ġie mfassal mill-uffiċċju tal-Prim Ministru.
- Fl-aħħar mill-aħħar l-Istat kien responsabbli għall-ħolqien ta’ ambjent li kien ta palata biex iseħħ il-qtil.
- Il-membri tal-Kabinett għandhom responsabbiltà kollettiva talli naqsu li jaġixxu wara li nkixfu l-iskandli Panama Papers u 17 Black.
- Id-deċiżjonijiet li kien ħa Joseph Muscat saħħew il-kultura ta’ impunità li gawdew minnha persuni mdaħħlin fil-konġura li kien hemm bejn uffiċjali pubbliċi u negozjanti kbar li dwarhom kitbet Daphne Caruana Galizia.