18-il Ministru ħatja ta’ ksur tal-kodiċi tal-etika: il-gvern jibqa’ fommu sieket.

By
2022-06-30T06:57:36+02:00Tue, 28th Jun '22, 10:34|

Il-gvern ser jagħmel minn kollox biex itaffi s-sinjifikat tad-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-każ jittratta dwar suppliment ta' 32 paġna li xxandar fil-gazzetta tal-Partit Laburista biex jitfakkru s-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela u, b'mod indirett, biex tiġi mnedija l-kampanja elettorali tal-Partit Laburista. B'kollox intefqu €17,000 - somma żgħira meta wieħed jipparagunaha mal-miljuni mberbqin mill-ħbieb tal-ħbieb. [...]