Inkjesta indipendenti dwar il-ħidma tal-Avukat Ġenerali tista’ twassal biex nibdew insibu tarf għall-kriżi tas-saltna tad-dritt f’Malta

By
2022-07-05T18:58:02+02:00Tue, 5th Jul '22, 14:21|

Titnikket int u taqra r-rapport li xxandar illum fil-Malta Today dwar il-kawża li qed tmexxi l-prosekuzzjoni kontra l-Pilatus Bank u kontra waħda mill-impjegati għoljin li kellu. Jidher li l-Maġistrat issa waslet biex titlef is-sabar. Donatella Frendo Dimech wissiet lill-prosekuturi biex "ma jidfnux il-każ" u stqarret li l-provi li tressqu s'issa "mhumiex rilevanti". Kliem bħal dan [...]