Nhar l-Erbgħa li ġej ser inxandru dokumentarju ġdid li nħadem minn Repubblika flimkien ma’ Occupy Justice li jittratta dwar il-ħidma ta’ Daphne Caruana Galizia bħala ġurnalista. Dan id-dokumentarju ser jitfa’ dawl fuq l-istejjer prinċipali li kienet ħadmet fuqhom sakemm ħajjitha nħasdet qasir il-għomor u dwar kif, minn dakinhar, spiċċaw dawn l-istejjer.
Dan id-dokumentarju jagħmel parti mill-isforzi li qed isiru biss isseħħ ġustizzja fil-konfront ta’ Daphne. Daphne nqatlet minħabba x-xogħol li kienet qed tagħmel. Xogħolna hu li nkomplu nfakkru x-xogħol ġurnalistiku li kienet wettqet – xogħol li l-qattiela tagħha – huma u jibqgħu jippruvaw sal-lum jgħadduha lixxa – riedu jidfnu darba għal dejjem.
Il-filmat huwa twil ftit aktar minn siegħa u ser jixxandar fil-Valletta Campus Theatre fi Triq San Kristofru, Valletta nhat l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru fis-18:30.
Tista’ tibbukkja post billi tibgħat email fuq [email protected].