Jean Paul Sofia maqtul għat-tieni darba

By
2023-04-14T12:24:11+02:00Fri, 14th Apr '23, 09:14|

Ġuvnott fl-aħjar tiegħu nqatel midfun taħt xita ġebel u terrapien f'binja mibnija ta' kafkaf fuq art pubblika. M'huwiex l-ewwel jew l-aħħar wieħed li nqatel sforz it-traskuraġni u r-regħba ta' ħaddieħor. Iżda d-determinazzjoni qawwija ta' ommu li ma tippermettix li l-qtil ta' binha jintnesa' u jgħaddi mal-oħrajn, irrendiet lil dan il-każ bħala wieħed uniku. L-eku tal-qtil [...]