Li jonqos huwa t-tfassil ta’ pjan serju
Qrajt dalgħodu l-editorjal tat-Times of Malta li jsegwi dak li stqarr Clyde Caruana dan l-aħħar dwar il-ħtieġa li jiġi riformat u mibdul il-mudell ekonomiku Malti. L-editur igħid li l-gvern għandu jwettaq din ir-riforma llum qabel għada. Hekk hu. Wara kollox jidher li hawn qbil ġenerali li ma nistgħux nibqgħu mexjin fuq it-triq li qbadna. Madankollu [...]