Periklu u theddid

By
2023-10-28T11:43:25+02:00Sat, 28th Oct '23, 08:30|

Il-president ta' Repubblika llum kellu għal darb'oħra jerġa' jagħmel talba biex jingħata protezzjoni mill-Pulizija minħabba theddid li qed jirċievi. Għal żmien qasir, il-Pulizija kienu pprovdewh b'għassa bil-lejl biswit id-dar tiegħu. U ftit wara din l-għassa tneħħiet. Din l-għassa ma tneħħietx għax it-theddid kien naqas. Tneħħiet u għadu sal-lum mingħajr ebda protezzjoni minkejja li qed isegwu [...]

Qed jippruvaw jaqdu lil Alla u lix-xitan

By
2023-10-26T14:18:00+02:00Thu, 26th Oct '23, 10:17|

Meta ġie mistoqsi mit-Times of Malta biex jikkummenta dwar is-sentenza tal-Qorti tal-Appell li ordnatlu jħallas parti mill-ispejjeż tal-kawża li kien għamel Adrian Delia, Joseph Muscat stqarr li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kienet falliet minħabba atti malizzjużi ta' "interessi moħbija". Muscat ma qalx dawn l-interessi ta' min kienu. Għalih kien biżżejjed li jgħid li dawn l-interessi jeżistu biex [...]

Reazzjoni ndannata ta’ prim ministru assedjat

By
2023-10-24T13:11:56+02:00Tue, 24th Oct '23, 08:30|

Irrabjani ċertu diskors li lissen Robert Abela fil-Parlament il-bieraħ meta tkellem dwar is-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell. Segwu bran mid-diskors tiegħu tal-bieraħ: Fi ftit kliem, il-Prim Ministru l-bieraħ stqarr li jekk Imħallef ma jaqtax sentenza skont kif ikunu jriduha tal-Oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili mmexxijin minn ħu dak li jinsab bil-qiegħda fuq il-bankijiet parlamentari ta' faċċata [...]

Wara li serqulna l-isptarijiet, issa jridu jisirqulna d-demokrazija

By
2023-10-24T11:35:45+02:00Tue, 24th Oct '23, 08:15|

L-istqarrija li xandar il-gvern wara li Imħallfin li huma l-aktar ġudikanti mlaħħqin fil-pajjiż iddikjaraw li “uffiċjali għolja tal-gvern" kienu kkonġuraw f'ħadma “sabiex flejjes mill-kaxxa ta' Malta jimlew il-bwiet ta' VGH” kienet qisha doċċa kiesħa. Qalulna li ‘ma stennejniex is-sentenza tal-qorti biex nieħdu l-isptarijiet f'idejna’, huma u jtaptpu fuq spallejhom stess talli - għaġeb tal-għeġubijiet - [...]

Min tassew kien il-moħħ wara l-qerq fil-benefiċċji tal-mard?

By
2023-10-16T15:53:16+02:00Mon, 16th Oct '23, 08:22|

Il-ħaddiema li jaħdmu fil-ministeri għandhom ċerta saħħa għaliex jaħdmu qrib ħafna tal-ministru u l-fatt biss li dawn igawdu l-fiduċja tiegħu m'għandux ikun biżżejjed. Il-ministri ma jistgħux ikunu jafu kollox dwar il-ħaddiema tal-ministeri tagħhom u l-gvern għandu jagħmel użu mir-riżorsi li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jgħarbel lil dawk li jagħżel biex jokkupaw pożizzjonijiet bħal dawn. Din [...]

L-attiviżmu tas-soċjetà ċivili m’huwiex delitt kriminali, Sur Anġlu Gafà

By
2023-10-03T20:49:43+02:00Tue, 3rd Oct '23, 17:31|

Fil-Kwartier Ġenerali tal-Pulizija jidher li hemm min hu ħerqan biex lil Robert Aquilina ta' Repubblika jurih li jinqala' ħafna biex jinforza l-liġijiet. Illum Aquilina ssejjaħ mill-Pulizija u ġie interrogat wara li ngħata twissija li kulma jgħid jista' jinġieb kontra tiegħu fil-qorti. Is-sabiħa hi - dejjem jekk tista' ssejħilha sabiħa - lil Aquilina qalulu li kien [...]

Fidwa

By
2023-10-03T10:40:16+02:00Tue, 3rd Oct '23, 10:29|

Din l-istatwa tinsab wieqfa biswit il-bini tal-Parlament u ser tibqa' hemm għall-ħmistax il-ġurnata li ġejjin hekk kif ser issir tifkira tal-assassinju sitt snin ilu ta' Daphne Caruana Galizia. L-artist, Gerald Moderer, bena' l-istatwa minn materjal li kien inġabar mit-triq wara li seħħet l-isplużjoni li 30 sena ilu qatlet lil Giovanni Falcone f'Capaci fi Sqallija. L-istatwa [...]

Minn meta ‘l hawn li d-diskriminazzjoni u l-inġustizzji saru “funzjonijiet primarji”?

By
2023-10-02T12:55:28+02:00Mon, 2nd Oct '23, 10:39|

Jiżbalja min ilissen il-kliem "xokkanti" jew "skandlu". In-nies la skantat u lanqas skandalizzat ruħha wara li qrat li bażużli tal-Partit Laburista tqiegħdu f'postijiet governattivi strateġiċi sabiex ikunu jistgħu jiddiskriminaw favur partitarji Laburisti (u kontra oħrajn) jew biex jiżguraw li s-servizzi pubbliċi jissarfu f'voti. M'għandniex nibqgħu nistaqsu l-għala bosta żgħażagħ qatgħu qalbhom u jinsabu mejtin biex [...]

Go to Top