Repubblika tal-banana li tbierek is-serq u l-korruzzjoni

By
2023-12-04T11:35:27+01:00Mon, 4th Dec '23, 08:31|

Huwa minnu li, sakemm in-natura umana tibqa' dik li hi, ser ikun hemm ukoll it-tentazzjoni għat-twettiq tal-korruzzjoni. Saħansitra anki jekk din il-korruzzjoni tieħu forma xi ftit jew wisq sofistikata. U l-korruzzjoni taf tkun agħar jekk din titwettaq b'mod sfaċċat. Għaliex min ixaħħam fuq xi kuntratt pubbliku maħsul bis-saħħa ta' diversi strutturi offshore jaf jidher ferm [...]