It-tobba tal-MAM jieħdu ħsieb saħħtek

By
2018-01-31T20:15:41+01:00Wed, 31st Jan '18, 20:15|

Id-deċiżjoni tal-union tat-tobba li tieħu xi forma ta’ azzjoni bi protesta kontra t-trasferiment ta’ tlieta mill-isptarijiet tagħna lil kumpanija Amerikana li tagħmel il-qligħ u li ma nafux min hi, hija kompletament ġustifikata. Ovvjament tal-MAM issa jistgħu jistennew li jdabbruha waħda u sew min-naħa tal-midja kkontrollata mil-Labour u anke minn parti kbira mill-pazjenti li f’isimhom, fil-verità, [...]

Il-ħallelin tal-Ewropa

By
2018-01-31T19:54:34+01:00Wed, 31st Jan '18, 19:54|

Agħtu titwila lejn il-mod kif qed tħares lejna d-dinja bħalissa mill-ewwel Episodju tas-sensiela li qed tixxandar fuq Netflix bl-isem “Flus Maħmuġin”. Mhux possibbli li tisimgħu dak li qed jingħad iżda tistgħu tifhmu permezz tal-kliem bl-Ingliż. Tistgħu ukoll issegwu s-sensiela kollha permezz ta’ abbonament man-Netflix. https://www.youtube.com/watch?v=_LTmF86UEmc

Michelle Muscat tammetti li tkellmet ma’ xhud fl-inkjesta Egrant

By
2018-01-31T17:58:27+01:00Wed, 31st Jan '18, 17:58|

Illum mart il-Prim Ministru Michelle Muscat wieġbet għal mistoqsijiet li sarulha minn Lovin Malta dwar storja mxandra minn din il-website li s-sieħba tagħha fin-negozju kienet ħallset f'daqqa dak kollu li kien dovut fuq xiri ta’ appartament fi New York u dan ftit ġranet biss wara li kien allegatement sar ħlas lilha ta’ 400,000 Dollaru Amerikan minn Pilatus Bank. [...]

Maltin li l-Istati Uniti qed jikkunsidraw għas-sanzjonijiet

By
2018-01-31T14:33:07+01:00Wed, 31st Jan '18, 14:33|

Lovin Malta għadha kemm lemħet l-ismijiet ta' tliet cittadini Maltin li huma midħla sew tal-President Russu Vladimir Putin f'lista mxandra mid-Dipartiment tat-Teżor Amerikan. It-tlieta huma mwildin fir-Russja. Jekk dawn il-persuni nsejjħulhom "Russi" ma nkunux qed niżbaljaw. Madankollu l-fatt jibqa' li Arkady Volozh, Boris Mints u Alexander Natanovich Nesis huma ċittadini Maltin. Tistgħu issibu aktar dettalji [...]

L-Effett Kexkiexi

By
2018-02-01T18:58:38+01:00Wed, 31st Jan '18, 14:16|

Il-ġurnal Malta Today illum xandar id-dettalji ta’ kawża li tal-Pilatus Bank kienu ppreżentaw waqt il-kampanja elettorali tal-2017 kontra Daphne Caruana Galizia, liema kawża imbagħad kienet ġiet irtirata ftit siegħat biss wara l-assassinju tagħha. Fil-verżjoni online tal-istess ġurnal tistgħu ssibu kopja sħiħa tal-kontenut tal-kawża. Ittantajt nakkwista kopja tad-dokument iżda jidher li tal-Malta Today irnexxielhom jakkwistawh qabli. [...]

Go to Top