Month: February 2018

Ir-rabta ma’ Malta tan-negozjant Slovakk li hedded lill-ġurnalist maqtul

Ir-rabta ma’ Malta tan-negozjant Slovakk li hedded lill-ġurnalist maqtul

Fost it-toroq li probabbli tieħu l-inkjesta li qed issir dwar l-assassinju tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u t-tfajla tiegħu aktarx li jkun hemm investigazzjoni dwar dak kollu li kien involut fih in-negozjant magħruf Slovakk Marian Kočner. Skont rapport f’The Spectator tal-lum, f’Settembru li għadda Ján Kuciak ħa azzjoni kriminali kontra Marian Kočner, talli heddu. Kočner kien is-sid …

+ Read More

Tolleranza żero għall-korruzzjoni

Tolleranza żero għall-korruzzjoni

Nhar il-Ġimgħa se nkun imsiefer fuq impenn li kien ilu ppjanat, imma l-protesta li se jagħmlu Il-Kenniesa fil-Belt Valletta bit-tema ‘il-ġurnaliżmu mhux reat’ verament jixirqilha l-appoġġ ta’ kull min jista’ jattendi għaliha. Anke l-għaqda Reporters without Borders se tkun preżenti. Għax anke ħajjithom inbidlet bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. U inqas minn 5 xhur wara, …

+ Read More

Tifsira tal-kelma “ġennata”

Tifsira tal-kelma “ġennata”

Kont naħseb li nista’ nimmaġina x’iħossu l-propagandisti u l-istrateġisti ta’ min ikun jinsab minn taħt fis-sondaġġi huma u jaraw ebda ċaqlieq ‘il fuq fl-appoġġ. L-istrateġisti tal-PN ma setgħux sabu wisq fuqhiex jistgħu jittamaw wara li t-Torċa xandret is-sondaġġi tagħha. Jew forsi m’għadnix nista’ nimmaġina dawn l-affarijiet. Vantaġġ ta’ 25 punt diffiċli li jingħeleb. Dan huwa …

+ Read More

Ġurnalist investigattiv Slovakk assassinat: kien jirrapporta dwar il-korruzzjoni f’pajjiżu

Ġurnalist investigattiv Slovakk assassinat: kien jirrapporta dwar il-korruzzjoni f’pajjiżu

Jan Kuciak, ġurnalist Slovakk ta’ 27 sena, instab mejjet flimkien mas-sieħba tiegħu fid-dar tiegħu barra Bratislava. Huma ġew assassinati b’tiri ta’ arma tan-nar fi qtil li kollox jindika li hu marbut max-xogħol tiegħu bħala ġurnalist. L-aħħar storja li investiga Kuciak kienet dwar is-suspetti ta’ frodi fit-taxxa b’rabta ma’ kumpless ta’ appartamenti lussużi fi Bratislava. Is-sena …

+ Read More

‘Xhud tal-istat’: meta kompliċi jikxef il-provi

‘Xhud tal-istat’: meta kompliċi jikxef il-provi

Tlett irġiel issa ilhom jinżammu ftit inqas minn tliet xhur il-ħabs fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Skont dak li nafu s’issa jidher li kienu huma li poġġew bomba fil-karozza ta’ Daphne u splodewha biex joqtluha. B’hekk wettqu d-delitt li ġew ikkummissjonati minn xi ħadd ieħor. Dak ix-xi ħadd ieħor ma nafux min hu. Mill-inqas …

+ Read More

L-alla tal-flus

L-alla tal-flus

Din il-ġimgħa ktibt dwar rapport li sar minn entità Ewropea non-governattiva u li jittratta dwar il-kompliċità ta’ pajjiżi Ewropej f’sistema ta’ ġbir ta’ taxxi dinjija li qiegħda tisraq lill-foqra u tħaxxen bwiet is-sinjuri. Qed isir sforz biex tingħata bixra etika lil min jiskansa l-ħlas tat-taxxi u l-evażjoni tat-taxxa. U l-għoti ta’ din il-bixra m’hi xejn ħlief attentat biex …

+ Read More

G Farrugia Calleja: Għax kollox jgħaddi

G Farrugia Calleja: Għax kollox jgħaddi

Miktub mill-mistieden George Farrugia Calleja: Skont il-MaltaToday, u ladarba ma kien hemm l-ebda ċaħda, allura nifhem li dak li nkiteb huwa minnu, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ġiet eletta minn sħabha biex isservi fuq il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-funzjoni prinċipali ta’ din l-istituzzjoni stmata, li mhix magħrufa għal xi entużjażmu partikolari biex tagħmel pubbliċi l-materji li tiddiskuti …

+ Read More

Bajja tal-pirati

Bajja tal-pirati

It-twissija ta’ Manfred Galdes li l-infurzar ineffettiv tal-liġijiet fis-settur finanzjarju qed jagħmlilna l-ħsara f’għajnejn il-kumplament tad-dinja ġiet ripetuta – bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin – mill-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Bank Malta. Andrew Beane l-ewwel kien qed jindirizza lil dawk li għandhom l-ishma fil-bank, u mbagħad aktar tard spjega f’aktar dettall lil Keith Micallef dak li …

+ Read More

Allura min hu fid-dmir li jiċċaqlaq?

Allura min hu fid-dmir li jiċċaqlaq?

Jekk jogħġobkom segwu l-intervista li Jacob Borg għamel lill-Ispettur Ian Abdilla. Din l-intervista fakkritni f’programm televiżiv li kont inħobb insegwi bl-isem Mai Dire Gol. Dan il-programm suppost kien jittratta dwar il-futbol iżda b’xorti tajba mal-futbol ma tantx kellu x’jaqsam. Kienu juri brani minn intervisti televiżivi ma’ players u ma’ coaches u dawn il-brani kienu mbagħad …

+ Read More

Bejgħ tal-passaporti “biex jakkomoda lill-ħassiela ta’ flus maħmuġin u lill-evażuri tat-taxxi” – OECD

Bejgħ tal-passaporti “biex jakkomoda lill-ħassiela ta’ flus maħmuġin u lill-evażuri tat-taxxi” – OECD

L- OECD għadha kemm xandret rapport konsultattiv li jwissi kontra l-bejgħ tal-passaporti u jsostni li dan il-bejgħ qed iwassal għall-ħasil ta’ flus maħmuġin u għall-evażjoni tat-taxxi. Ninsab konxju tal-fatt li jekk nagħmlu lira minn fuq dahar dawk li jaħslu l-flus maħmuġin u l-evażuri tat-taxxa, għalina qisu ma ġara’ xejn iżda għall-inqas għandna nkunu onesti magħna nfusna jekk mhux …

+ Read More