L-istqarrijiet finanzjarji tal-Kasco group juru li n-negozji ta’ Keith Schembri’s kellhom telf minn qabel l-elezzjoni tal-2013
Minkejja l-impressjoni li pprova jagħti li d-dħul li għandu minn negozji tiegħu huma tali li ma jistax jitħajjar li jkun korrott, l-istqarrijiet finanzjarji konsolidati li ġew ippreżentati mill-Kasco Group jindikaw li Keith Schembri ddikjara dħul minn negozji tiegħu li huwa ħafna inqas min dak li jistqarr li għamel. Fl-2011 il-Kasco Group iddikjara profitt miżeru ta' €18,895. [...]