Xi drabi t-tweġiba jkollha tkun le
Matul il-ġranet u l-ġimgħat ta’ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, kienu bosta dawk li ngħaqdu flimkien bil-għan li tissokta l-ġlieda favur is-sewwa u l-ġustizzja. Din id-deċiżjoni kienet ukoll ittieħdet minħabba l-għażliet li kien qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Niftakar sew meta marti kienet kellmet lil ħbieb tagħha u ħajjrithom jikkampjaw qrib Kastilja biex jipprotestaw. Fi [...]