Il-veru jum il-ħelsien għad jisbaħ.
Jekk int mingħalik li l-ġustizzja ssir għax tkun tlabtha, għadek ma fhimt xejn. Jekk xejn, Simon Busuttil qed jeżawrixxi l-possibilitajiet kollha li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex jara li jiġi applikat il-prinċipju li l-ġustizzja qiegħda hemm għal kulħadd u li meta s-setgħan jinqabad jikser il-liġijiet, m'għandux igħaddiha lixxa u għandu jiffaċċja l-konsegwenzi li jkollu jiffaċċja ħaddieħor. [...]