Ftit jiem ilu kittieb mistieden fuq dan il-blog fakkar li, skont l-istatut tal-PN, l-uffiċjali tal-Partit għandhom ir-responsabbiltà li jiġbdu l-attenzjoni kull meta jiżgarra f’azzjonijietu l-Kap tal-Partit.
Dan l-awtur iffoka fost oħrajn fuq Mark Anthony Sammut bħala president tal-kumitat eżekuttiv tal-PN. Dan il-kumitat jiġbor fih rappreżentanti tal-fergħat kollha tal-Partit: tal-kumitati mxerrda madwar il-pajjiż, tal-uffiċjali eletti fil-kunsilli, fil-parlament u fl-assemblea parlamentari, tal-organi – nisa, professjonisti, ħaddiema, żgħażagħ, eċċetra.
Dan il-kumitat, li jiltaqa’ darba fix-xahar, jiddiskuti kwistjonijiet ta’ politika u jikkonferma l-għażliet tal-kandidati.
Kien hemm uħud li lill-kittieb mistieden ġibdulu l-attenzjoni tiegħu għall-fgatt li l-uffiċjali kollha tal-partit ħadu posthom wara li kien ġie elett bħala Kap Adrian Delia u li dawn jistgħu għalhekk ikollhom is-suddizzjoni minnu.
Madankollu, f’nofs dan l-inkwiet kollu, mhux ħaġa kbira jekk ninsew li mhux kulħadd fil-PN jaħsibha bħal dawk il-manigoldi li ssibhom fil-Facebook kull darba li l-Kap “għażiż”, “maħbub” u “demokratikament elett” jiġi kritikat dwar xi ħaġa li jixtiequ li ma teżistix.
Dalgħodu Mark Anthony Sammut lill-ġurnal Sunday Times of Malta qallu dak li hu min ewl id-dinja: l-allegazzjonijiet li jinsabu ma’ wiċċ Adrian Delia huma serji u l-Partit m’għandux jiddaħħal f’inkwiet personali.
Minn The Sunday Times of Malta ta’ dalgħodu: uffiċjal għoli tal-Partit ammetta li jinsab inkwetat ħafna dwar is-sitwazzjoni.
Huwa qal li “’l-allegazzjonijiet li saru, kompriżi allegazzjonijiet li saru taħt ġurament, kif ukoll il-filmati li qed jiċċirkolaw, huma ta’ tħassib kbir u wħud mill-allegazzjonijiet huma ta’ natura kriminali”.
“Sammut huwa fost dawk fil-Partit li jsostnu li din il-kwistjoni m’hix tagħmel ġid lill-PN”.
Din il-kwistjoni ma tridx xi għerf biex tifhimha. Għandhom jifhmuha anki dawk it-trolls li jgħidu li “din hi kwistjoni privata” meta jiġi rappurtat il-kliem isteriku ta’ Adrian Delia fl-uffiċċju tiegħu jew fuq ir-radju tal-partit tiegħu. Għandkom raġun, ja boloħ. U żgur li huma kwistjonijiet privati. Dak huwa l-qofol. Il-Partit għaliex għandu jiddaħħal bejn il-basla u qoxritha minħabba din il-kwistjoni?
Din il-kwistjoni privata rrendewha waħda pubblika.
Jekk il-ġara tiegħi titlaq lil żewġha għax tkun qabditu jaqlibhielha, din hi kwistjoni privata u m’hi affari ta’ ħadd. Dan igħodd ukoll anki jekk żewġha inzerta li hu membru parlamentari.
Iżda jekk il-ġara tiegħi, li hi persuna privata, titlaq lil żewġha għax isawwatha, lill-pulizija żewġha ma jistax igħidilha li “din hi kwistjoni privata”.
Ir-reati kriminali m’humiex privati anki jekk jitwettqu fil-privat.
Se jkun hemm min jipponta l-vleġeġ fuq Mark Anthony Sammut. Meta dalgħodu fuq ir-radju Adrian Delia qal li min qed jikkritikah qed jagħmel dan fuq struzzjonijiet ta’ Joseph Muscat, qal hekk wara li xxandar kliem Mark Anthony Sammut.
M’hemmx dubju li se jagħmlu l-arja fuqu.
Iżda xi ħadd jeħtieġ jaqbad il-barri minn qrunu u Mark Anthony Sammut jidher li ppreżenta ruħu. Forsi ma jitħalliex waħdu.