Robert Abela qed iħejji ruħu għad-daqqiet
Robert Abela jaf sewwa li, malli jinstab tarf tal-epidemija tal-coronavirus, il-qagħda tal-pajjiż ser tkun agħar milli kienet meta feġġet il-marda għall-ewwel darba. U kif dejjem jiġri kull meta l-pajjiż jinħakem minn xi saram, id-dgħjufijiet li ta' spiss kienu jiġu injorati fiż-żminijiet tal-ġid wieħed jibda' jagħti każhom aktar meta jaslu ż-żminijiet tal-għaks. Żminijiet li fihom in-nies [...]