Marthese Portelli twarrab. Deputati tal-PN igħidu li l-isforzi tagħhom biex itejbu l-prospetti tal-PN qed jixxejnu minn Adrian Delia

By
2020-02-27T21:17:21+01:00Thu, 27th Feb '20, 16:13|

Id-deputata tal-PN fuq id-9 distrett Marthese Portelli għadha kemm ħabbret ir-riżenja tagħha mill-Parlament. Is-siġġu parlamentari tagħha issa jeħtieġ li jimtela' minn kandidat li jitla' minn elezzjoni każwali. Marthese Portelli ilha sservi bħala membru parlamentari mill-2013 u kienet ġiet eletta f'żewġ elezzjonijiet fuq xulxin. Fil-Facebook hi rringrazzjat lill-Kapijiet tal-Oppożizzjoni li serviet taħthom: Simon Busuttil u Adrian [...]

Minflok governanza tajba, għandna sistema sovjetika li permezz tagħha jinħatru l-bażużli

By
2020-02-27T14:41:20+01:00Thu, 27th Feb '20, 13:49|

Repubblika tkellmet dwar il-ħatra ta' dik li kienet il-kelliema ta' Joseph Muscat, Ramona Attard fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar  u qalet li tinsab diżgustata b'din id-deċiżjoni tal-gvern għaliex l-uniċi kredenzjali li għandha din il-persuna huma li hi waħda mill-bażużli tal-Partit Laburista. Tul il-karriera tagħha Ramona Attard ħadmet fi ħdan il-Partit Laburista u fl-uffiċċji politiċi tal-gvern Laburista. Kienet [...]

Il-Prim Ministru u Ministru mitluba li jdabbru ras il-Kummissarju tal-Films

By
2020-02-27T11:51:31+01:00Thu, 27th Feb '20, 10:34|

L-għaqda li tirrappreżenta l-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-films f'Malta komplew jagħmlu pressjoni fuq il-Kummissarju tal-Films Johann Grech biex iwarrab. Minn investigazzjoni li saret jumejn ilu minn The Shift News irriżulta li dan irreklama s-servizzi ta' 7 kumpanniji produtturi tal-films lokali u ħalla barra l-biċċa 'l kbira tat-22 kumpannija elenkati fil-katalogu li kien ħareġ fl-2018 ta' dawk [...]

Tgħawwiġ tal-verità

By
2020-02-26T21:26:25+01:00Wed, 26th Feb '20, 09:47|

Nhar il-Ħadd li għadda Saviour Balzan kiteb dan li ġej: “In my 32 years of journalism, being locked out, manhandled, thrown out, arrested and abused by government staffers – including former ministerial aides such as Manuel Delia – was part of the experience of being a working journalist. Being killed is not.” Il-kuntest ta' din [...]

Moħħu biex jimpressjona

By
2020-02-26T19:51:32+01:00Wed, 26th Feb '20, 09:03|

Alex Agius Saliba għandu għalxiex ikun kburi bir-riżultat straordinarju li kiseb li kien biżżejjed biex akkwista siġġu fil-Parlament Ewropew. L-elezzjoni għall-Parlament Ewropew hemm bosta li jikkontestawha iżda huma l-waħdiet li jirnexxielhom li jiġu eletti. Għaldaqstant nistgħu ngħidu li Agius Saliba għandu ċertu kwalitajiet li wassluh għas-suċċess. Madankollu jidher li huwa mixtieq li jimpressjona xi ftit [...]

Korruzzjoni fl-industrija lokali tal-films: mhux biżżejjed li jitkeċċa l-Kummissarju. Dan għandu jkun biss il-bidu.

By
2020-02-26T14:49:45+01:00Wed, 26th Feb '20, 08:12|

Ma jkunx biżżejjed li l-gvern ikeċċi lill-Kummissarju tal-Films, skont l-għaqda tal-produtturi tal-films lokali. Madankollu din it-talba ma tittrattax dwar is-suspett li Johann Grech - eks impjegat tal-Partit Laburista - kien apposta qed inaqqas in-numru ta' fornituri biex hu jkun jista' jgawdi direttament. Diġà għandna problema bil-fatt li l-biċċa l-kbira tal-persuni mdaħħla fl-industrija tal-films kienu jokkupaw [...]

Għandek tkun int stess li tħares id-dritt tiegħek li ssir taf.

By
2020-02-24T16:03:13+01:00Mon, 24th Feb '20, 11:50|

Id-dritt tiegħek li ssir taf x'qiegħed iseħħ fl-ekonomija ta' pajjiżek jiddependi mill-ġurnalisti li jgħarblu lil dawk li ngħataw liċenzja biex iħaddmu l-banek f'Malta. Agħti l-appoġġ tiegħek lill-ġurnaliżmu u appoġġja lill-ġlieda kontra min jabbuża mill-ftuħ ta' libelli permezz ta' kawżi SLAPP li huma mfasslin biex ma jħallukx tagħmel dawk l-għażliet msejsa fuq informazzjoni li jkunu meħtieġa [...]

Ir-riżultat tal-eżempju ta’ Owen

By
2020-02-24T13:52:08+01:00Mon, 24th Feb '20, 08:22|

Dalgħodu xi attivisti sabu lill-mafkar tal-protesta ta' Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta f'stat ta' diżordni. Dawn komplew jindukraw lill-mafkar minn dakinhar li l-qorti qatgħet is-sentenza tagħha u kkundannat lill-gvern talli kiser id-drittijiet fundamentali meta kien jordna it-"tindif" tal-mafkar kuljum. Fis-sentenza tagħha l-qorti qalet li l-gvern, permezz tal-Ministru Owen Bonnici, lill-mafkar ta' protesta bidlu minn simbolu [...]

Reazzjoni sproporzjonata

By
2020-02-22T00:15:30+01:00Fri, 21st Feb '20, 15:04|

Glenn Bedingfield illum xehed fl-inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Wara sentejn ta' kundanni minn madwar id-dinja, ta' filmati, kotba, artikli u dokumentarji lkoll b'analiżi oġġettiva ta' dak kollu li seħħ f'Malta fis-snin ta' qabel seħħ il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ta' dak kollu li seħħ minn dakinhar tal-assassinju, ta' żjarat minn delegazzjonijiet [...]

Is-skiet tal-gvern jitkellem waħdu

By
2020-02-21T12:57:24+01:00Fri, 21st Feb '20, 12:04|

Dak li xehed Neville Gafà din il-ġimgħa fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jmeri stqarrijiet li kienu saru fl-2018 minn dak li kien il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela. Wieħed minn dawn it-tnejn qed jigdeb u l-gvern jeħtieġ li jgħidilna min minnhom qed jigdeb. Din il-ġimgħa, Neville Gafà stqarr li f'idejh kellu passaport diplomatiku u [...]

Jista’ jitwemmen Neville Gafà?

By
2020-02-20T20:35:28+01:00Thu, 20th Feb '20, 11:45|

Il-gvern għad fadallu ħafna spjegazzjonijiet x'jagħti dwar Neville Gafà. Ix-xhieda li huwa ta l-bieraħ fl-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia nibbtet numru ta' mistoqsijiet ġodda li l-gvern jeħtieġ li jweġibhom. Għall-ewwel darba, Neville Gafà ta rendikont - li hu sejjaħ bħala wieħed sinċier - tal-funzjoni tiegħu fil-gvern tul dawn l-aħħar sentejn u fuqhom. Huwa [...]

Il-President tal-Kummissjoni ta’ Venezja jiċħad li Malta talbet li tingħata parir dwar il-proċedura ġdida proposta għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija

By
2020-02-20T12:13:49+01:00Thu, 20th Feb '20, 11:14|

Il-president tal-Kummissjoni ta' Venezja Gianni Buquicchio stqarr miegħi li “ma saret ebda talba formali għall-għoti ta' parir” rigward il-bidliet proposti fil-liġi li bħalissa qed jiġu diskussi fil-Parlament dwar il-metodu tal-ħatra tal-kummissarju tal-pulizija. Gianni Buquicchio qal li l-Ministeru ta' Byron Camilleri talab biss “konsultazzjonijiet informali”. Din it-tweġiba tgiddeb l-istqarrija li għamel Byron Camilleri lill-Parlament li fittxet [...]

Il-Kummissjoni ta’ Venezja ma tagħtix il-pariri tagħha minn fuq it-telefon

By
2020-02-19T22:14:15+01:00Wed, 19th Feb '20, 18:14|

Wieħed ikollu għalxiex jinkwieta meta jintebaħ li l-gvern ta' Robert Abela qed jimxi fuq il-passi tal-gvern ta' qablu. Owen Bonnici kien allega li r-riformi li kien ippropona kienu ġew “approvati mill-Kummissjoni ta' Venezja” meta dan ma kien minnu xejn. Issa l-bieraħ Byron Camilleri fil-Parlament stqarr li l-Kummissjoni ta' Venezja kienet approvat l-abbozz ta' liġi tiegħu [...]

Robert Abela x’jambihom il-qlafat ma’ saqajh?

By
2020-02-25T09:25:45+01:00Tue, 18th Feb '20, 11:29|

Disprezz. M'hemmx kelma aħjar biex tfisser l-imġieba ta' Matthew Carbone, l-kelliem ta' Robert Abela, meta l-bieraħ xehed quddiem il-bord tal-inkjesta dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Lil membri tal-bord huwa sfidahom ripetutament. Għall-mistoqsijiet tagħhom, huwa wieġeb bi stqarrijiet li kienu jkunu tweġibiet għal mistoqsijiet ta' natura differenti. Biex ikompli jwaqqa' l-proċeduri għaż-żuffjett, miegħu kaxkar lil [...]

L-aħħar mexxej tal-PN?

By
2020-02-16T12:13:50+01:00Sun, 16th Feb '20, 08:14|

Tal-Malta Today niedew sondaġġ fost tesserati tal-PN u staqsewhom kif jaħsbuha dwar it-tmexxija ta' Adrian Delia u dwar jekk jippreferux lilu fuq il-grupp parlamentari. Sebgħa u ħamsin fil-mija tat-tesserati  – jiġifieri dawk li għandhom il-jedd li jissostitwuh b'ħaddieħor - jappoġġjaw lil Adrian Delia u jriduh jibqa' jmexxi lill-partit. Dan il-riżultat jindika li, minn dakinhar li [...]

L-iżolament tal-ġurnalisti jeqred lid-demokrazija

By
2020-02-14T16:38:16+01:00Fri, 14th Feb '20, 14:26|

Ma ħassejt ebda sodisfazzjon jien u nisma' l-leħen rekordjat ta' Yorgen Fenech jikkonsla li hemm biss ftit eluf ta' "iddisprati” li jisgħobbihom għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-kelma “iddisprati” u kliem oħra simili bħal “indannati”, “imdejjqin”, “iffissati” (kliem li ta' sikwit jkunu kwalifikati b'dak in-numru proverbjali Malti li jfisser nuqqas ta' rilevanza: “erba’ iddisprati, erba’ [...]

L-uniformi libbsuha lill-kriminali

By
2020-02-13T23:13:48+01:00Thu, 13th Feb '20, 09:43|

Minn sondaġġ li kien tnieda fil-ħarifa tal-2018, lill-Eurobarometer irriżultalu li 68% tal-Maltin għandhom fiduċja fil-korp tal-pulizija. Il-korp tal-pulizija għalhekk kien it-tieni istituzzjoni l-aktar fdata (flimkien mal-amministrazzjoni pubblika), fdata saħansitra aktar mill-kunsilli lokali (64%), mill-parlament (59%), mill-Unjoni Ewropea (56%) u ferm aktar mill-partiti politiċi (36%), mill-ġurnali (32%) u mis-social networks elettroniċi (24%). L-armata hi l-unika istituzzjoni [...]

Il-makku jeħilha. U l-balieni jgħadduha lixxa.

By
2020-02-12T14:07:09+01:00Wed, 12th Feb '20, 09:45|

F'Lulju 2017 il-gvern kien ħassar politika li kienet timxi biha l-pulizija li bis-saħħa tagħha kull min jiġi ngaġġat fil-korp kien mistenni li jkollu kondotta nadifa. Permezz ta' din il-bidla, dawk il-pulizija li kienu tkeċċew jew li kienu telqu mill-korp minħabba t-twettiq minn naħa tagħhom ta' xi reati kriminali, reġa' nfetħilhom il-bieb u setgħu jerġgħu jilbsu [...]

Aħna, il-“poplu” li jappoġġja lil Adrian Delia

By
2020-02-11T21:27:05+01:00Tue, 11th Feb '20, 17:31|

F'dawn laħħar ġranet, it-trolls li jappoġġjaw lil Adrian Delia kienu mimlijin bil-velenu għal dak il-grupp ta' deputati tal-PN magħrufin bħala ‘blue 17’. Jidher li dawn it-trolls ta' Adrian Delia, x'aktarx inkwetati bil-fatt li grupp ta' 17  huwa numru pjuttost kbir meta tnaqqsu minn grupp ta' 28, għażlu 10 minnhom u għajjruhom Ġudiet, jiġifieri tradituri. Jien [...]

Il-pont qsamnieh u issa qed jinħakem min-nar.

By
2020-02-10T12:02:22+01:00Sun, 9th Feb '20, 21:34|

L-arja li tkellem biha Adrian Delia waqt id-diskors tiegħu dalgħodu se twassal biex jinbidel ix-xenarju politiku. Għal kulħadd, jekk mhux ukoll għalih. F'kitba li xandart aktar kmieni llum, ktibt dwar il-mod kif Adrian Delia pparaguna l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar il-kwistjoni tiegħu ta' Soho mal-"evidenza" li kienet tqiegħdet fir-razzett ta' Pietru Pawl Busuttil sabiex isirlu [...]