Tassew jinqalgħu għall-buffunati
Lil Matthew Carbone, l-kelliem ewlieni tal-gvern, il-wiċċ ta' Robert Abela mal-ġurnalisti, l-propagandist prim u kap tal-komunikazzjonijiet, għadhom kemm ġeddewlu l-kuntratt part-time li għandu. Għaliex għandkom tifhmu li, iva, il-kelliem ewlieni tal-gvern jeħtieġ u għandu mpjieg part-time u, kif tistgħu timmaġinaw, il-gvern ta' Malta huwa fost dawk li jħaddmuh. Huwa membru tal-bord li jifli l-films u [...]