L-industrija dinjija tas-servizzi finanzjarji ma tistax tieħu bis-serjetà gvern immexxi minn dilettanti

By
2020-10-30T18:01:17+01:00Fri, 30th Oct '20, 14:55|

Il-bieraħ Karol Aquilina qajjem kwistjoni fil-Parlament li, għall-ewwel, setgħet instemgħet bħala tfittxija għax-xagħra fl-għaġina. F'April 2020, il-gvern ħabbar li kien ħatar għal 3 snin il-membri tal-bord tal-aġenzija dwar il-financial intelligence. Dawn il-ħatriet saru skont il-proċedura mitluba mil-liġi li tirregola l-ħasil tal-flus. Sa hawn kien kollox sew. Iżda skont il-liġi li tirregola lill-amministrazzjoni pubblika, l-gvern jinsab [...]

Araw ftit kif qed jippruvaw iġibu fix-xejn id-drittijiet tiegħek

By
2020-10-29T09:57:57+01:00Thu, 29th Oct '20, 08:25|

Din l-"istorja" li xandru tal-One TV tistgħu faċilment tikkunsidrawha bħala opportunità oħra biex tal-Labour jaqbdu ma' Jason Azzopardi, bniedem li n-nies tagħhom ma jaħmluħx pinġut. Iżda tal-Labour ta' sikwit jinsew li, bħala partit politiku, għandhom ukoll ir-responsabbiltajiet tagħhom lejn id-demokrazija. Meta partit politiku jattakka d-drittijiet bażiċi bil-mod li jattakkahom il-Partit Laburista, ikollna għalxiex ninkwietaw. https://youtu.be/YsZDg1LTSEo [...]

PODCAST: Ser jittanta xortih b’elezzjoni bikrija

By
2020-10-28T17:08:15+01:00Wed, 28th Oct '20, 13:37|

Manuel Delia · Setting The Date Prim ministru m'għandux ikollu s-setgħa li jsejjaħ elezzjoni ġenerali meta jkun jogħġbu fi ħdan terminu ta' 5 snin ta' leġislatura parlamentari. Din is-setgħa jsejjħulha "prerogattiva tal-prim ministru". F'demokrazija moderna, l-kelma "prerogattiva" ma tantx iddoqq ħelu għaliex hi fdal taż-żminijiet monarkiċi meta r-re (tal-Ingilterra) kellu l-"prerogattiva" li jagħżel id-data tal-ftuħ [...]

Il-gvern Malti jqabbad avukati Spanjoli biex jirrappreżentawh quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

By
2020-10-27T16:06:47+01:00Tue, 27th Oct '20, 15:05|

Ħmistax il-Imħallef tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja llum semgħu is-sottomissjonijiet ta' Repubblika fil-kawża li għamlet li fiha qed issostni li l-ħatriet għall-ġudikatura li kienu saru f'April 2019 ma kienux konformi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li taħtu jeħtieġ li jkun hemm ġudikatura indipendenti. Il-gvern ta' Joseph Muscat kien ħatar tliet Imħallfin u tliet Maġistrati minkejja t-twissija li kienet saritlu [...]

Jimponi l-awtorità?

By
2020-10-27T12:05:35+01:00Tue, 27th Oct '20, 08:43|

Se nsemmi ittra miktuba minn Eddie Privitera li xxandret fit-Times of Malta mhux għax din l-ittra ħaqqha tweġiba, iżda għaliex dan għażel li jirrepeti bħal pappagall il-linja li ħadu din il-ġimgħa kelliema tal-Labour flimkien ma' oħrajn li qed iservuhom ta' staffa. F'ittra li kien diġà kiteb qabel id-diskors tal-bieraħ filgħaxija fil-Parlament, Eddie Privitera qal li [...]

Għandu jkun prim ministru bniedem li fl-imgħoddi deher għal persuni li jimirħu fid-dinja tal-kriminalità?

By
2020-10-26T17:37:09+01:00Mon, 26th Oct '20, 14:57|

Carmel Cacopardo tal-ADPD għandu raġun biex ibiegħ. Robert Abela kien l-avukat tal-aħwa tal-Maksar li dwarhom jeżisti suspett li kienu mdaħħlin fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Dwarhom hemm suspett ukoll li huma barunijiet tal-kriminalità. Dawn sal-lum għadhom jiġru barra. Jidher li l-gvern jista' jressaq każ kontra tal-Maksar kemm il-darba wieħed minn dawk li kienu ġew arrestati [...]

Is-saltna ta’ Robert

By
2020-10-23T17:01:20+02:00Fri, 23rd Oct '20, 14:56|

Tassew ħaġa tal-mistħija meta jiġi l-Prim Ministru u jirreferi għall-inkjesti pubbliċi bħallikieku dawn huma xi "logħba" intiżi biex iħarbtu u jimminaw il-proċess ġudizzjarju. L-inkjesti jsiru bis-saħħa tal-Att dwar l-Inkjesti li kien għadda l-Parlament fl-1977. L-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia hi waħda ta' mingħajr preċedent għaliex qed isseħħ b'mod mill-aktar trasparenti f'kamra miftuħa għall-pubbliku. [...]

Tgħid Silvio Parnis tar-Roly Poly ser iħalli lil din għaddejja?

By
2020-10-21T11:49:16+02:00Wed, 21st Oct '20, 11:33|

Silvio Parnis sab kappell jiġieħ. Wara li l-anzjani rċievew biċċa Roly Poly mimlija zokkor mingħandu biex jissabbru biha wara li dawn issakkru b'mod permanenti fil-kmamar tagħhom waqt li aħna nagħtu l-imxijja lil xulxin bi tbissima fuq fommna, sieħbu l-Għawdxi Clint Camilleri wera' li ma kienx bi ħsiebu jħalli lil Parnis jisraqlu x-xena u dlonk żied [...]

Il-bini tat-torrijiet tal-Imrieħel għandu jitwaqqaf ħesrem

By
2020-10-21T12:57:18+02:00Wed, 21st Oct '20, 11:19|

Nitkellmu dwar it-torrijiet li telgħin fiċ-ċentru tal-gżira. Mhux ser nikteb dwar id-dehra tagħhom, dwar il-konġestjoni li dawn mistennijin li joħolqu, dwar it-tibdil fix-xenarju li ser iġibu magħhom, dwar iż-żjieda fit-traffiku jew il-ħtieġa jew nuqqas ta' ħtieġa tagħhom b'riżq l-ekonomija. Dan l-argument inħallih f'idejn min tassew jifhem. Madankollu m'hemmx dubju li l-bini ta' dawn it-torrijiet tal-Imrieħel [...]

PODCAST: il-kontroll tal-imxijja ħarab minn taħt idejna?

By
2020-10-19T15:23:45+02:00Mon, 19th Oct '20, 13:26|

Manuel Delia · Out Of Hand Il-kriżi fil-pajjiż li qed iġġib magħha l-imxijja tal-Covid-19 qed tkompli tikxef l-inkompetenza tal-gvern. Kull deċiżjoni ta' ċerta portata li tittieħed f'Malta tiddependi fuq il-ħiliet, il-kuxjenza u l-integrità tal-Prim Ministru u, meta dawn il-kwalitajiet jiġu neqsin, imutu n-nies. Jekk dan li għadni kemm ktibt ifakkar fl-istejjer li qed joħorġu mill-inkjesta [...]

Tliet ġurnalisti qalbiena li tistħoqqilhom il-protezzjoni

By
2020-10-19T13:04:19+02:00Mon, 19th Oct '20, 10:47|

Il-bieraħ tas-Sunday Times of Malta u tal-Malta Today xandru rapport flimkien li fih semmew b'isimhom persuni li jimirħu fiċ-ċrieki tal-kriminalità f'Malta u li fiha spjegaw mhux biss l-allegat sehem tagħhom fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, iżda wkoll is-sehem tagħhom fil-kriminalità organizzata bis-saħħa ta' eżempji ta' delitti kriminali li allegatament kienu mdaħħlin fihom. Il-laqam ‘tal-Maksar’ ilu [...]

Mgħarrqin sa xfar għajnejhom fil-ħmieġ tal-korruzzjoni

By
2020-10-14T20:49:49+02:00Wed, 14th Oct '20, 18:51|

Diġà kellna idea vaga x'kien fih ir-rapport. Iżda llum il-Parlament xandar ir-rapport redatt minn George Hyzler dwar l-imġieba ta' Joseph Muscat meta dan, fiż-żmien li kien għoddu wasal biex iwarrab minn prim minstru, ħareġ ordni biex l-Awtorità tat-Turiżmu tqabbad lil Konrad Mizzi bħala konsulent tagħha. Il-konklużjonijiet tar-rapport huma ċari. Joseph Muscat kien ċempel lil Johann [...]

Irid biss li jsaħħan is-siġġu?

By
2020-10-14T17:28:11+02:00Wed, 14th Oct '20, 14:24|

Il-Ħadd li għadda Raphael Vassallo xandar intervista li huwa għamel lil Adrian Delia. Matul l-intervista, Raphael Vassallo talab lil Adrian Delia jirreagixxi għal dak li, skont hu, jien kont ktibt fis-sens li hu għandu jwarrab mill-Parlament. Jekk Raphael Vassallo kien qed jirreferi għal dak li jien ktibt dwar x'għandu jagħmel Adrian Delia wara li tilef [...]

“Jien naf lil Malta,” stqarr ħalliel ieħor.

By
2020-10-13T16:33:11+02:00Tue, 13th Oct '20, 15:18|

Illum Ċipru għadu kemm ħabbar permezz tat-Twitter li m'hux bi ħsiebu jkompli jbiegħ il-passaporti tiegħu. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li seħħet kontroversja hekk kif f'Awwissu li għadda lill-ġurnalisti ta' Al Jazeera li ppużaw bħala aġenti ta' klijent, l-iSpeaker tal-Parlament Ċiprijott qalilhom li seta' jirranġa biex jinħarġu passaporti Ewropej f'isem persuni maħrubin li huma mfittxijin mill-pulizija [...]

Gidba ta’ sinjifikat kbir

By
2020-10-09T14:01:18+02:00Fri, 9th Oct '20, 07:45|

Agħtu daqqa t'għajn lejn 07:17 ta' dan l-estratt mill-filmat tal-intervista ma' Joseph Muscat li xxandar din il-ġimgħa fuq TVM. L-intervistatur kien appik li jistaqsi mistoqsija dwar x'kien għamel  Joseph Muscat meta sar jaf dwar il-kumpanniji sigrieti tal-Panama ta' Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri. Iżda Joseph Muscat ħaseb li l-mistoqsija kienet ser tkun waħda differenti. [...]

Tliet Snin għal Daphne

By
2020-10-12T11:36:56+02:00Thu, 8th Oct '20, 16:38|

Stqarrija għall-Istampa Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com ser ifakkru t-tilet anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia b'sejħa mill-ġdid għall-ħruġ tal-verità u għat-twettiq tal-ġustizzja. Minħabba r-restrizzjonijiet kaġunati mill-imxijja Covid-19, l-attivitajiet ser ikunu live streamed u dawk li ser jieħdu sehem huma mistiedna li jipparteċipaw b'mezzi elettroniċi. t Dan li ġej huwa l-programm tal-attivitajiet: It-Tlieta 13 ta' Ottubru [...]

Iċċarrat il-ħajt

By
2020-10-08T13:08:38+02:00Thu, 8th Oct '20, 11:38|

Fit-tieni sular tad-Dar Ċentrali tal-PN hemm l-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali. Dan l-uffiċċju jinsab fil-qalba tal-makna tal-partit u jinsab imdawwar mill-uffiċċji ta' impjegati għolja tal-partit, ta' konsulenti, ta' amministraturi u ta' dawk li jaħdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni. M'hemmx numru kbir minn dawn, iżda l-ftit li hemm jaħdmu minn hawn. Meta tliet snin ilu Clyde Puli kien leħaq segretarju [...]

Stadju bikri

By
2020-10-07T21:16:38+02:00Wed, 7th Oct '20, 15:11|

Għadna kemmxejn lura milli nibdew niġbdu l-konklużjonijiet. Madankollu nistgħu nitkellmu liberament fuq dak qed qed naraw b'għajnejna. Minn nhar is-Sibt 'l hawn, Bernard Grech kellu numru żgħir ta' impenji pubbliċi. Nhar il-Ħadd li għadda ħareġ bi pjan ta' inizjattivi u ta' tibdiliet. Nhar it-Tnejn, xandar lista ta' talbiet u wera' x-xewqa li jiddiskutihom mal-Prim Ministru. [...]

Dakinhar li x-xilep kien diġà ġewwa

By
2020-10-05T18:51:04+02:00Mon, 5th Oct '20, 17:46|

Il-Partit Laburista u l-fornituri lokali tal-kuntratt tal-enerġija li maż-żmien kellu jsir magħruf bħala Electrogas kienu ftehmu dwar il-kundizzjonijiet tal-kuntratt fiż-żmien meta tal-Labour kienu għadhom fl-oppożizzjoni. Dan jista' jfisser li n-negozjanti li kellhom jirbħu l-kuntratt tal-gvern spiċċaw biex iffinanzjaw lill-Partit Laburista. Din ix-xilja hi miċħuda minn kull min kellu x'jaqsam mal-kuntratt. Madankollu issa għandna konferma - [...]