Taret mar-riħ il-wiegħda ta’ Adrian Delia ta’ 500,000 ewro għall-karità

By
2021-02-07T18:44:46+01:00Sat, 6th Feb '21, 16:42|

Ftit kienu dawk li skantaw. U jekk irid ikun onest miegħu nnifsu, lanqas Adrian Delia m'għandu jiskanta li ċ-ċekk oħxon tiegħu ta' 500,000 ewro għad-Dar tal-Provvidenza ma setax jissarraf. Il-kelma teknika hi "ċekk mhux onorat" u dan l-aġġettiv huwa wieħed li jixraq tassew. Nażżarda ngħid li l-mexxejja, l-voluntiera u dawk li qed jibbenefikaw mix-xogħol tad-Dar [...]