L-unika kwalifika? Li hu Laburist.

By
2021-02-09T14:01:59+01:00Tue, 9th Feb '21, 07:56|

Finance Malta hi entità li tiġbor fi ħdanha l-interessi kummerċjali tal-industrija tas-servizzi finanzjarji kif ukoll lill-gvern sabiex dawn flimkien jirreklamaw lil Malta bħala ċentru finanzjarju. Din ikun jeħtieġ li tikkonvinċi lid-dinja li Malta m'hix il-Panama għalkemm, sforz ir-reputazzjoni fqira li għandna f'għajnejn id-dinja, hemm min jemmen bil-maqlub. Il-gvern għandu d-dritt li jaħtar nofs il-membri tal-bord [...]