Baqgħu ggranfati mal-Istat li ħatfu
Il-Pulizija flimkien mas-servizzi tal-Prosekuzzjoni qed jippruvaw jipperswadu lil qorti li Keith Schembri u sħabu kienu wettqu sensiela ta' reati kriminali b'rabta mal-iskandlu tal-Allied Newspapers li bis-saħħa tiegħu ffrodaw u serqu lill-Malta Enterprise. Parti mill-flejjes li ntużaw biex ħallsu għall-makna ġdida tal-istampar tal-Allied Newspapers ittieħdu mill-Kaxxa ta' Malta. Minn rapport intern tal-Malta Enterprise li ġie preżentat [...]