Illum il-President ta’ Malta stqarr li hu tal-fehma li r-rapport tal-inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jibda’ proċess ta’ fejqan. Irrepeta dak li starr il-bieraħ Robert Abela. Dalgħodu membri parlamentari tan-naħa tal-gvern stqarrew li r-rapport ma qrawħx. Ma wrew ebda sogħba fi kliemhom.
L-imgħoddi m’humiex lesti li jiċħduh u m’humiex lesti li jerfgħu r-responsabbiltà fuq spallejhom. Għaldaqstant ebda fejqan m’hu possibbli.
Jekk jogħġbok ifhem din, Sur President George Vella. Rapport waħdu ma jista’ jfejjaq xejn. Iżda jekk ir-rapport jintuża bħala għodda, jista’ jkollna l-fejqan. Ir-responsabbiltà jeħtieġ li tintrefa’ bil-konsegwenzi li dan iġib miegħu u dawk li jonqsu li jerfgħu r-responsabbiltà għandhom jiġu kundannati.
Sakemm ir-responsabbiltà tibqa’ ma tintrefgħax, in-nies ser tibqa’ taħseb li l-ġlieda favur il-ġustizzja u l-insistenza tagħna li jitwettqu r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta huma biss frott il-manuvrar ta’ setta nazzjonalisti indannati.
Skont ir-rapport tal-inkjesta, n-nuqqas tiegħek li taġixxi meta kien imissek aġixxejt fisser li ppermettejt li tinqatel ġurnalista.
Agħtu daqqa t’għajn lejn dak li, fil-beraħ, kitbulna żewġ trolls fl-aħħar 12 il-siegħa li mingħalihom – għaliex jappoġġjaw lil Joseph Muscat – ħadd ma jista’ jmisshom.
Waħda mill-konklużjonijiet li jistgħu jinġibdu mir-rapport tal-inkjesta hi li meta tkun f’pożizzjoni ta’ tmexxija u tonqos mid-dmir tiegħek li taġixxi f’waqtu, l-qattiela ikunu qed jingħataw x’jifhmu li jistgħu joqtlu kif u meta jridu b’impunità sħiħa.
Għalissa, Albert Cassar u Gustav Vassallo fil-beraħ qed jimmaġinaw f’moħħhom il-qtil tagħna. Dawn mingħalihom li, minkejja l-kliem li kitbu, m’hu ser jiġrilhom xejn. U jirraġunaw b’dan il-mod għaliex għandhom lil Robert Abela li jmexxi gvern li jiggarantixxi l-impunità għall-ħbieb u l-alleati tiegħu u għaliex George Vella huwa l-Kap ta’ Stat li fuqu tgħabbiet ir-responsabbiltà għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. U xorta jibqgħu jirrifjutaw li jiċċaqalqu.
S’intendi, hemm oħrajn. Iżda dawn iż-żewġ eżempji li semmejt jagħtuk idea tal-mibgħeda, tal-ħdura u tal-vjolenza li wżaw kontrina.
Għalissa, qed jimmaġinaw il-qtil tagħna f’moħħhom.
M’għandna ebda garanzija li ser jieqfu hawn.