Il-wegħda li kien għamel, tgħid taret mar-riħ?
Meta fl-2020 Aaron Farrugia kien inħatar bħala ministru, kien ħabbar pubblikament li kien biħsiebu jżomm reġistru li fih jitniżżlu d-dettalji tal-laqgħat li jkollu ma' persuni li jkollhom interess f'xi suġġett partikolari. Qal ukoll li kien biħsiebu jxandar dan ir-reġistru f'ġieħ it-trasparenza. Din l-istqarrija kienet saret f'Jannar 2020 meta Robert Abela leħaq prim ministru. Il-laqgħat li [...]