Minkejja l-paroli, l-impunità għadha magħna
Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-qagħda tas-saltna tad-dritt f'Malta huwa miżgħud bi kwotazzjonijiet li l-gvern jista' jużahom biex jiftaħar talli baqa' m'għamel xejn. Jammettu b'mod indirett li s-saltna tad-dritt taħt Joseph Muscat tgħaffġet taħt is-saqajn. Użajt il-kelma "indirett" għaliex ma qalux dan kollu b'mod ċar u mingħajr tlaqliq iżda tkellmu b'ton drammatiku dwar ir-"riformi" li [...]