Moħħna bqajna nħaddmuh
Permezz tal-avukat tiegħu, Alfred Degiorgio (li tkellem ukoll f'isem ħuh Ġorġ) ilbieraħ allega li minn dakinhar tal-arrest tagħhom, hu u ħuh kienu diġà ġew mgħoddija ġuri mill-mezzi tax-xandir u li għaldaqstant mhumiex ser jingħataw smigħ xieraq fil-qorti. Degiorgio ilmenta li Joseph Muscat, dak iż-żmien prim ministru, kien tkellem f'konferenza stampa ftit wara l-arrest tagħhom u [...]