Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (6): għandu xorti li l-ipokresija mhix meqjusa bħala delitt kriminali

By
2022-08-08T18:17:52+02:00Mon, 8th Aug '22, 12:09|

Agħti daqqa t'għajn lejn dan ir-rapport dwar kumment li kien għadda Joseph Muscat f'Mejju tal-2018. Dak iż-żmien kien qed jiffaċċja sejħiet biex tinħatar kummissjoni li tmexxi inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Irreżista dawk is-sejħiet bl-iskuża li inkjesta setgħet timmina l-investigazzjonijiet kriminali u prosekuzzjonijiet li kien għad iridu jseħħu. Waqt li ffaċċja [...]

Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (5): il-wied tal-qirda

By
2022-08-08T17:06:37+02:00Mon, 8th Aug '22, 08:58|

Jeħtieġ nifhmu minn fejn bdiet din l-istorja. Frederick Azzopardi ser jiġi mixli talli baqa' jinjora ordnijiet leġittimi tal-aġenzija dwar il-ħarsien tal-ambjent biex iwaqqaf it-twessiegħ ta' triq f'Wied Qirda fis-Siġġiewi. It-triq kienet qed tinbena biex tieħu post passaġġ illegali li jwassal għal dar fil-wied. U sabiex setgħet tinbena t-triq, kien jeħtieġ li jitqaċċtu siġar protetti. Dak [...]

Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (4): Sejjaħ lill-marmalja

By
2022-08-08T17:04:49+02:00Mon, 8th Aug '22, 06:50|

Fis-7 snin li dam prim ministru, Joseph Muscat qatt ma tfaċċa f'xi marċ tal-festa ta' San Gejtanu. Iżd'issa ġie bżonn il-folol li jkun jista' jinqeda' bihom biex ibeżża' lill-uffiċjali pubbliċi milli jaqdu dmirhom u jtellgħu l-qorti lilu u lill-bażużli tiegħu. Ma kienx waħdu fil-marċ ta' San Gejtanu. Imdawwar kif kien bil-manigoldi, kien qisu Don Fanucci [...]

Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (3): L-istat lil hinn mill-istat

By
2022-08-08T17:02:33+02:00Mon, 8th Aug '22, 06:46|

Joseph Muscat m'għadux prim ministru. M'għandux is-setgħa fuq uffiċjali pubbliċi li kellu fl-imgħoddi. Meta kien prim ministru, kien il-kap ta' organizzazzjoni kriminali li ħatfet lill-istituzzjonijiet statali bil-għan li jimtlew il-bwiet tal-klikka. Din l-organizzazzjoni u dan l-għan għadhom hemm, iżda s-setgħa politika li kellhom m'għadhiex dik li kienet. Iżda hemm għadha. Ilbieraħ, eks prim ministru li [...]

Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (2): “L-erbgħa tas-soltu”

By
2022-08-08T16:55:05+02:00Mon, 8th Aug '22, 06:40|

Tfaċċa l-propagandist, il-bażużlu u l-kelliem ta' Joseph Muscat, Manwel Cuschieri biex jitkellem dwar "l-erbgħa tas-soltu" li jagħmlu l-pressjoni fuq l-istituzzjonijiet. Tella' ritratt tal-president ta' Repubblika Robert Aquilina bil-għan li jrewwaħ il-mibgħeda kontra tiegħu, biex isejjaħ lin-nies biex tinġabar u biex għada filgħodu jintimida lill-qrati. Manwel Cuschieri bħal donnu ried jagħti x'jifhem li Frederick Azzopardi ser [...]

Għala lil Joseph qed tagħtih rasu (1): Jekk jegħreq wieħed…….

By
2022-08-08T16:50:21+02:00Mon, 8th Aug '22, 06:33|

Joseph Muscat kien ilu li beda jispara l-kanuni. Ftit xhur ilu, il-Pulizija kienu għamlu tfittxija f'daru fuq ordni ta' Maġistrat u dan wara li ġurnal lokali kixef sensiela ta' ħlasijiet suspettużi li hu kien irċieva mingħand dawk li ngħatawlhom f'idejhom tliet sptarijiet tal-poplu, liema każ kien ġie investigat mill-istess Pulizija. Muscat jaf li x'aktarx wasal [...]

Go to Top