Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallfin tal-inkjesta pubblika baqgħu sal-lum ma twettqux. X’inhi l-iskuża tal-gvern issa?
Rapporti mxandra minn Transparency International jikkonfermaw li Malta baqgħet tiġi meqjusa bħala pajjiż korrott, illum aktar mis-sena li għaddiet. Transparency International tat spjegazzjoni ċara u sempliċi għal dan. Ħames snin ilu ġiet assassinata ġurnalista f'Malta talli din ażżardat tinvestiga u xxandar stejjer dwar korruzzjoni. Sal-lum, kien messna wrejna li tgħallimna min-nuqqasijiet tal-imgħoddi. Sal-lum kien messna [...]