Tellieqa bejniethom dwar min għandu l-ħila jaħtaf l-aktar

By
2023-03-10T23:13:11+01:00Fri, 10th Mar '23, 06:52|

Il-bieraħ Bernard Grech laqat il-musmar fuq rasu. Fl-għaxar sena ta' gvern Laburista nfakkru deċennju li matulu l-imġieba bażika f'dik li hi governanza ġiet injorata b'mod sistematiku u l-politika ma baqgħetx strument li bis-saħħa tiegħu jseħħu tibdiliet li jkunu fl-interess pubbliku, iżda nbidlet f'għodda li tintuża bil-għan li jinqdew l-interessi tal-bażużli. Tal-Partit Laburista wieġbu billi stqarrew [...]