Il-bieraħ Joseph u Michelle Muscat ntlemħu fi knisja fir-Rabat. Għal bosta minna mhux soltu li nattendu quddiesa f’nofs il-ġimgħa. Iżda dan ma japplikax għall-koppja Muscat. Mir-ritratt ta’ hawn isfel, diffiċli wieħed igħid x’kienu libsin: North Face, Gucci jew Louis Vuitton? Iżda jibqa’ l-fatt li, libsin x’kienu libsin, jistgħu jserrħu rashom dwar il-passaġġ tagħhom għall-Ġenna. Il-bieraħ attendew laqgħa tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Joseph Muscat issa huwa Fra (jew Far?) Ġużepp u Michelle Muscat issa saret Sor Mixgħula.
Nista’ nibqa’ ntambar s’għada fuq l-ipokresija ta’ dawn it-tnejn iżda jeħtieġ li nfakkar li l-knisja qiegħda hemm ukoll għall-midinbin u mhux għall-qaddisin biss. U għandna għalxiex inkunu grati lejn is-smewwiet li fil-ħabs hemm ukoll kappella.
Ta’ min igħid li, ironikament, dawn il-patrijiet igħixu fl-istess monasteru li fi ħdanu kienet sabet kenn Daphne Caruana Galizia dakinhar li kienu hebbew għaliha numru ta’ partitarji rrabjati ta’ Joseph.